It-terremot Trump

It-Trumpiżmu ħakem u tefa’ dell ikrah, mhux biss fuq l-Istati Uniti, iżda fuq id-dinja, bil-politika tal-President elett Donald Trump. Il-President Amerikan sfida s-sewwa magħruf bl-istil tiegħu bbażat fuq fehma unika u medjokri, tant li l-interessi tiegħu personali tipikament issuperaw kollox. Is-sena 2025 kienet immarkata bil-politika tiegħu favur tariffi, ibbażati fuq l-ottika ta’ Trump u skont kemm iggosta politiku jew pajjiż partikolari. Qal li l-Kanada għandha tiġi ddikjarata l-51 stat tal-Amerka, u li Greenland trid tkun parti mill-Amerka akkost ta’ kollox. Ferm agħar minn hekk prova jindaħal fil-proċess demokratiku tal-Unjoni Ewropea u lagħab logħba perikoluża bil-futur tal-Ukrajna. Kien kruċjali biex il-ġenoċidju Palestinjan jitkompla minn Netanyahu u mill-Istat Iżraeljan. U dan kollu fl-isfond ta’ persuna li f’għajnejn il-pubbliku deher impulsiv, miġnun, u instabbli. Forsi mingħajr ma ħsibna u bassarna, nissel kultura politika Trumpista, politika leminija mnebbħaminn valuri neoliberali u kważi faxxisti.  

Kompli Aqra: Editorjal | It-terremot Trump u t-Trumpiżmu

More in Politika