Baġit serju, viżjonarju u maħsub
Il-kriżi fil-fertilita’ u f’kemm Malta jkollha tfal ħsieb ewlieni fid-diskors tal-Baġit
Tista tfaħħar jew tikkritika l-baġit imma ma tistax taħrab mill-osservazzjoni li l-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana u l-Gvern ta'Abela fehem li l-kriżi ewlenija għas-snin li ġejjin ser tkun in-numru ta tfal li qed jitwieldu fil-gzejjer Maltin.
Minkejja li l-popolazzjoni kibret, ma kibritx b’mod naturali, u demografikament huwa ċar li għandha kriżi ta’ fertilita. B’statistika li turi li Malta għandha l-inqas tkabbir fil-fertilita f’pajjiżna.
Meta baġit ikun viżjonarju u jħares il-quddiem ma nistgħux ma nkunux pożittivi. Caruana qed jagħmel proposti konkreti biex itaffi l-piż ta dawk li jridu jkollhom it-tfal. Imma wisq nibżgħu li minkejja l-mossi u deċiżjonijiet pożittivi biex jitnaqqas il-impatt tat-taxxa propjament tal-income tax, l-għajnuna diretta għal meta jkollok it-tfal trid tkun waħda sostanttiva. Bħal ma hi f’pajjiżi bħal Franza fejn hemm għajnuniet kbar lil dawk il-familji li għandhom ħafna tfal.
Minkejja dan l-osservazzjoni, il-proposta tal-baġit huwa bidu.
Ma nistgħux ukoll ma ninnutawx li dan huwa baġit li huwa verament soċjali. Clyde Caruana ddesrivih bħala soċjalist ... u f’dan il-baġit naraw miżuri konkreti biex il-pensjonanti jkollhom żiedet sostanzjali u kif ukoll dawk li qegħdim fil-periferija tal-komunita minħabba raġunijiet ta mard. Huwa f’din il-vena li qed naraw il-baġit.
Mill-ewwel impressjoni tagħna qed naraw baġit li jipprova jindirizza l-innovazzjoni u l-istart ups u kif ukoll jintroduċu aktar għajnuniet ta’ inċentivi ta’ kreditu ta’ taxxa.
Kien hemm mumenti meta ħsiebna li dan kien ser ikun baġit superfiċjali... imma mill-ottika tagħna jidher baġit maħsub, serju u b’viżjoni.
