
Jinkixef il-pjan ta’ Metsola u l-opportuniżmu politiku tagħha
Kien xokk kbir għal ħafna mis-sostenituri tagħha li toħroġ b’dan il-pjan.

Mhux vera li Roberta Metsola trid l-aħjar għall-pajjiż. U wisq aktar għall-partit tagħha. Għażlet bla dubju ta’ xejn li tibqa’ Brussell tmexxi l-politika tal-grupp li tirrappreżenta l-EPP u fuq kollox isservi ta’ tarka kbira biex il-kritika lejn Iżrael tkun limitata.
Imma f’dawn l-aħħar ġimgħat uriet l-ewwel stmerrija lejn Bernard Grech, il-kap tagħha, u minflok, ħarġet b’idea brillanti li hi jkollha rwol simboliku bħala kap, tibqa’ Brussell u bħala kap elett u parlamentari jkun hemm Adrian Delia.
Kien xokk kbir għal ħafna mis-sostenituri tagħha li toħroġ b’dan il-pjan. Iktar u iktar meta wieħed jiftakar il-passat ta’ Adrian Delia u fuq kollox l-istorja ta’ tmexxija li kellu Delia.
Metsola ċarament għażlet it-triq li tibqa’ tpappiha Brussell u fl-istess ħin tkun il-kap imma mhux parlamentari. Għarakuża ta’ vera.
Metsola lanqas kellha d-diċenza ċċempel lil Bernard Grech wara li rriżenja jew inkella tiltaqa’ miegħu.
Mhux se nistaħbew wara l-kliem. Metsola wriet l-egoiżmu tagħha, il-kilba tagħha għall-poter u l-fama, u fuq kollox il-flus. U minfuq tiġi Malta u titlob il-Maltin u l-Għawdxin għall-vot tagħhom.
Kieku Daphne Caruana Galizia għadha ħajja, mur ara x’kienet tikteb. Ommi ma.
Metsola issa tista’ tkompli tagħmel dik li hija idonea biex tagħmel, li tkun apoloġista għal Iżrael fil-ħolma tagħhom li jeqirdu nazzjon.
Lil Metsola ngħidulha prosit u grazzi talli ppreżentat ħolma falza lil ħafna mis-sostenituri tagħha. U tant ħlejna ħin u spazju biex nippruvaw nifhmu kif tista’ tikkontribwixxi għat-tkattir demokratiku ta’ dan il-pajjiż.
Mhux se ngħidu ħafna kliem, ħlief li nistaqsu kif fid-dawl tal-inċidenti serjissimi f’Paceville, dawn il-megażviluppaturi jibqgħu nies ‘untouchable’ u qisu ma ġara xejn.
Sinjal ċara kif il-Gvern tagħna huwa ‘mixtri’ mill-fatt li nies bħal dawn isostnu direttament u indirettament il-Partit fil-Gvern.
Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk. Ir-responsabbiltà ta’ dak li qed jiġri hija ċarament f’saqajn l-aġenziji li xogħolhom suppost jirregola fl-interess tas-soċjetà u mhux ta’ dawn l-ispekulaturi.