.png)
Dowty u ST jistgħu jkunu l-iktar milquta mit-Tariffi ta’ Donald Trump
It-Tariffi ta’ Donald Trump se jkollhom effett fuq it-turiżmu u l-manifattura f’Malta, il-unions iridu li jintlaqa’ l-MCSED, dan hekk kif il-flus fil-but se jonqsu skont l-esperti Il-Gvern ta’ Robert Abela mingħajr kliem

Kien business as usual mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Kastilja hekk kif id-dinja assistiet għal konferanza stampa tal-President Amerikan Donald Trymp li ħabbar tariffi kbar fuq kull pajjiż inkluż l-Unjoni Ewropea u ovvjament Malta wkoll. U filwaqt li s-suq tal-Amerka ma’ Malta huwa żgħir, l-impatt fuq kemm ikollhom flus x’jonfqu fl-Ewropa se jkollu impatt fuq it-turiżmu li jkun ġej Malta. Imma iktar inkwetanti huwa l-impatt tat-tariffi fuq il-manifattura b’mod speċjali fuq kumpaniji bħad-Dowty u l-ST li jiddependu fuq is-suq Amerikan. Dawn iż-żewġ kumpaniji se jintlaqtu ħażin mit-tariffi esaġerati li introduċa Trump u l-kapijiet eżekuttivi tagħhom huwa inkwetanti.
Il-unions Maltin – il-GWU l-iktar – qed jitolbu laqgħa urġenti tal-MCSED biex jiddiskutu l-impatt tat-tariffi ta’ Donald Trump. F’din il-laqgħa se jiġi diskuss x’jista’ jsir biex jittaffa l-impatt tat-tariffi fuq l-impjiegi Maltin u l-kompetittività tal-kumpaniji li joperaw Malta.
Bosta ekonomisti qed jargumentaw li din il-gwerra tat-Tariffi se ġġib magħha riċessjoni, kif ukoll inflazzjoni. Apparti hekk, l-impatt fuq tensjonijiet fil-pajjiżi tal-UE se twassal biex ħafna nies joqogħdu lura milli jinvestu u jonfqu l-flus.
Fid-dawl ta’ dan kollu jidher li r-reazzjoni tal-Gvern hija waħda xejn ċara. Infatti sa issa l-Prim Ministru Abela ma għamel ebda dikjarazzjoni.
Kompli aqra fuq dan fl-Editorjal