Talba għall-għajnuna

Sr. M. Antoinette Agius
Iżrael

Wara ħafna snin li jien għaddejt f’dan il-kunvent tal-Karmelitani ta’ Nażżaret (Iżrael), dawn l-aħħar snin ġara li kelli nagħmel kif nista’ biex insib għajnuna lil xi familji foqra ta’ Nażżaret, fl-Art Imqaddsa. Il-gwaj kbir tagħhom dawn in-nies Insara ġej mis-sitwazzjoni iebsa li jinsabu fiha. Dan nagħmlu mingħajr ma nħalli l-kunvent.
Biex inwettaq din il-ħidma ta’ karità urġenti, jien kelli nibda biex infittex u nitlob din l-għajnuna ta’ nies oħra, xi benefatturi. Għal dan il-għan jien nitlob minnkom li tiġbru bolol u telecards li jkunu servew u anke xi donazzjonijiet u tibagħtuhom lill-Mission Fund. Bihom huma jgħinu lill-missjunarji Maltin tal-pajjiżi foqra tat-tielet dinja. Issibu aktar tagħrif fuq www.missionfund.org.mt
Minn jibgħat donazzjonijiet jista’ jibgħat “online” jew bi transfer dirett lil wieħed minn dawn il-Banek: HSBC (Account No. 061197 448 050) BOV (Account No: 163 007 980 10), APS (Account No. 200 008207 62) jew BANIF (Account No. 000879 631 01).
Grazzi. Minn qalbi nitlob għalikom il-Barka t’Alla.

More in Ittri