
L-Oroskopju fit-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus - It-Tawr
L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon - Mill-Ħadd 27 ta’ April sas-Sibt 3 ta’ Mejju

Taurus (It-Tawr), mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Fit-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik, l-istess Taurus se tkun ġimgħa li trid tagħraf tqassam bilanċ bejn il-ħidma u l-madwar tiegħek. Tħallix li jkollok aktar żbilanċ. Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Tiger’s Eye. Namaste.
Cancer (Il-Qabru), mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Fit-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik, Cancer se tkun ġimgħa li tagħraf aħjar kemm kienet għaqlija d-deċiżjoni li ħadt. B’hekk issa qed tħossok aktar int u aktar immotivat. Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Celestine. Namaste.
Libra (Il-Miżien), mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Fit-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik, Libra se tkun ġimgħa li tkompli tippjana. Issa trid tkompli tagħraf aħjar il-pjanijiet sabiex wara tiffoka fuq pjan partikolari. Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Quartz Opal Aura. Namaste.
Sagittarius (Il-Qaws), mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Fit-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik, Sagittarius se tkun ġimgħa li fiha trid taddatta lilek innifsek għall-bidla li għamilt u tagħraf tikkonċentra biss fuq linja li ħadt. Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Aurora Quartz. Namaste.
Pisces (Il-Ħut), mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Fit-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus, għalik, Pisces se tkun ġimgħa fejn trid tagħraf biss kif se ssib ħin għalik u spazju għal ħin ta’ rilassament. Għalhekk issa agħraf wettaq dan. Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja mir-Rose Quartz.