L-aspett ta’ Qamar Ġdid (New Moon) għaż-żodjaku ta’ Gemini

L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon 

Mill-Ħadd 9 ta’ Ġunju sas-Sibt 15 ta’ Ġunju 

Gemini (it-Tewmin), mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju: 

L-aspett ta’ dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, l-istess Gemini se tkun dik il-ġimgħa fejn b’għaqal trid tagħraf tqassam, kemm dak li int qed tesperjenza, kif ukoll dak li hemm riesaq lejk. Wettaq bilanċ. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Cancer. Namaste. 

Cancer (il-Qabru), mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju: 

L-aspett ta’ dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, Cancer se tkun ġimgħa fejn trid tkun aktar kunfidenti. Trid toħloq ambjent ta’ kunfidenza ġewwa fik sabiex tkun kapaċi tmexxi aktar lilek innifsek. Iffoka. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Taurus. Namaste. 

Libra (il-Miżien) mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru: 

L-aspett ta’ dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, Libra se tkun ġimgħa li min issa ’l quddiem trid tkun aktar iffokat lejn il-karriera. Analizza. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Aquarius. Namaste. 

Capricorn (il-Wott) mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar: 

L-aspett ta’ dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, Capricorn se tkun ġimgħa fejn trid tagħti ħarsa madwarek sabiex tagħraf xi trid u x’hemm bżonn. Irrifletti. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Aries. Namaste. 

Taurus (it-Tawr) mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju: 

L-aspett ta’ dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, Taurus se jkun il-bidu ta’ fażi fejn issa għandek dik l-opportunità li kapaċi tkattrek minn kull angolu. Ħares biss ’il quddiem. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Gemini. Namaste. 

More in Oroskopju