Bidu tat-tielet żodjaku: Gemini

L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon 

Mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 

Gemini (it-Tewmin), mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju:  

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan iż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, l-istess Gemini se jkun il-waqt ta’ riflessjoni ta’ dak li int esperjenzajt tul dawn l-aħħar xhur sabiex b’hekk tkattar lilek aħjar. Wettaq riflessjoni profonda. Il-kuluri favoriti ma’ Gemini huma l-oranġjo u l-isfar. Namaste. 

Virgo (l-Għodra), mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru:  

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan iż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, Virgo se jkun il-waqt li tkattar aktar lilek innifsek fil-karriera fejn issa għandek mument ideali tiddistingwi biex b’hekk tkompli tavvanza. Il-kuluri favoriti ma’ Virgo huma l-blu u r-roża. Namaste. 

Sagittarius (il-Qaws), mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru: 

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan iż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, Sagittarius se jkun il-waqt li tagħraf tagħmel dik il-ħidma li tant għandek bżonn fid-dar tiegħek. Taf li hemm bżonn xi tibdil u għalhekk aħtaf dan il-mument. Il-kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma l-aħmar u l-oranġjo. Namaste. 

Aquarius (iż-Żir), mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar:  

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan iż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, Aquarius se jkun il-waqt li tieħu pawsa sabiex tara sew fejn sejra l-karriera tiegħek. Trid tagħraf aħjar fejn vera tixtieq titkattar. Il-kuluri favoriti ma’ Aquarius huma l-abjad u l- kannella. Namaste. 

Aries (il-Kibx), mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April: 

F’din l-ewwel ġimgħa ta’ dan iż-żodjaku ta’ Gemini, għalik, Aries se jkun il-waqt li tagħraf twettaq ideat ġodda dwar it-tkattir tiegħek; ideat li jagħtuk motivazzjoni għax-xhur li ġejjin. Il-kuluri favoriti ma’ Aries huma l-aħmar u l-kannella. Namaste.                                                

More in Oroskopju