Il-bidu tal-kalendarju Żodjaku 2024-25

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista u awtur PaulJon 

L-ewwel żodjaku ta’ Aries (Il-Kibx)  

Aries (Il-Kibx), mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

F’dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik, l-istess Aries se jkun il-mument fejn se tkattar fik il-motivazzjoni sabiex bil-mod terġa’ tibda tagħraf kemm il-ħajja ta’ madwarek għandha opportunitajiet. Ħares biss ’il quddiem b’aktar determinazzjoni. Il-Kibx huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste. 

Cancer (Il-Qabru), mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

 F’dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik, Cancer se jkun il-mument opportun sabiex tagħraf aħjar lilek innifsek. Issa trid tieqaf ftit tagħti lil dawk ta’ madwarek sabiex f’dan il-mument tagħraf fil-profond il-ħtiġijiet personali biss tiegħek. Il-Qabru huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. Namaste. 

Libra (Il-Miżien), mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

 F’dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik, Libra se jkun mument ideali ta’ kif int se tkompli ssaħħaħ aħjar il-madwar tiegħek. Dan għandek tagħmlu sabiex tkun tista’ taqsam u tippjana aħjar is-sitwazzjonijiet kollha, kemm dawk ta’ madwarek, kif ukoll dawk li ġejjin. Analizza sew. Il-Miżien huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Namaste. 

Sagittarius (Il-Qaws), mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

 F’dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik, Sagittarius se jkun il-mument li jimliek b’dik l-aspirazzjoni f’dak li int verament tixtieq twettaq. Għalkemm dan jista’ jkun mument eċitanti għalik, żgur ikun il-waqt oppurtun għal ġimgħat ta’ stabbiltà. Irrefletti. Il-Qaws huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste. 

Aquarius (Iż-Żir), mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

 F’dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta’ Aries, għalik, Aquarius se jkun il-mument ta’ indikazzjoni aktar ċara ta’ kif minn issa għandek tkattar iżjed lilek innifsek. Huwa importanti li tkun komplut. Għalhekk emmen aktar fik innifsek fit-twettiq meħtieġ. Iż-Żir huma magħrufin li jimxu mal-mument Namaste. 

Seba’ vouchers ta’ 7€ għalik 

L-ewwel seba’ qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta’ 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta’ PaulJon. 

Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna.                                                        

More in Oroskopju