Il-Qamar Ġdid (New Moon) għaż-żodjaku ta’ Pisces

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista u awtur PaulJon mill-Ħadd 10 ta’ Marzu sas-Sibt 16 ta’ Marzu 

Pisces, mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

F’dan il-qamar ġdid taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, l-istess Pisces se tkun fażi importanti li dak li tħoss ġewwa fik hu dak li int verament tixtieq għandek iċ-ċans li jkun imwettaq. Aħtaf dan iż-żmien sabiex tissaħħaħ u titkattar. Namaste.  

Gemini, mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

F’dan il-qamar ġdid taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Gemini se tkun fażi fejn trid tagħraf dik id-direzzjoni li tagħmlek aktar stabbli. Int għandek diversi direzzjonijiet, u għalhekk issa agħraf biss dik id-direzzjoni ideali li tagħtik stabbilta. Namaste.   

Virgo, mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

F’dan il-qamar ġdid taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Virgo se tkun fażi li trid tinqata’ għal ftit żmien minn maċ-ċirku li għandek. Dan irid isir sabiex twettaq riflessjoni ta’ min vera huma dawk il-persuni ġenwini li għandek vera tafda. Namaste.  

Scorpio, mill 23ta Ottubru sat 21ta Novembru

F’dan il-qamar ġdid taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Scorpio se tkun fażi li ma tridx bħal qisek tkun f’salib it-toroq. Agħraf biss li b’dak li tixtieq twettaq se tagħraf biss il-vera potenzjal tiegħek u dan se jagħtik is-saħħa fid-deċiżjoni mixtieqa. Namaste.  

Aquarius, mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

F’dan il-qamar ġdid taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Aquarius se tkun fażi fejn trid toqgħod aktar attent dwar ir-responsabbiltajiet ġodda li qed tesperjenza. Għalhekk, f’dan kollu qis li tkun iffokat biss li twettaq ħidmietek bl-aktar mod sew li qatt tista’ tagħmel. Namaste.  

Seba’ vouchers ta’ 7€ għalik 

L-ewwel seba’ qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta’ 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta’ PaulJon. 

Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna.                                                        

 

More in Oroskopju