Oroskopju | Kompetizzjoni ma' Paul Jon

Il-Qamar kwinta taż-żodjaku ta' Taurus... L-Oroskopju mwassal minn Paul Jon mill-Ħadd 7 ta' Mejju sas-Sibt 13 ta' Mejju

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April                                                                 

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Aries se tkun dik il-ġimgħa li tresqek aktar lejn ir-realta’ tal-madwar komplut tiegħek.  Minħabba impejni ma kontx qiegħed tgħaraf sew il-madwar komput tieghek imma issa huwa dak il-waqt li tgħaraf dan. 

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 7 , 9 u 13. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Labradorite. Namaste. 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                                           

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik l-istess Taurus ser tkun dik il-ġimgħa fejn int trid tifli aktar int x’vera tixtieq li jkun atwat minnek.  Għalkemm int tista’ tgħid li kuntent b’dak li irnexxilek twettaq xorta tħoss li hemm xi ħaġa nieqsa u dan issa huwa l- waqt li int issibha. 

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 8 , 10 u 12. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Namaste. 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                                                              

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Gemini ser tkun il-ġimgħa ta’ pjan għal skeda aktar flessibli għalik.  Int qiegħed tinduna li mhux qiegħed tlaħħaq jew tqassam kif verament tixtieq.  Għalhekk din il-ġimgħa għanda sservik sabiex int tkun tista’ tgħaraf tqassam b’mod aktar ibbilancjat l-iskeda tiegħek.  Analizza sew.  

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 7 , 9 u 13. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste. 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju                                                       

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Cancer ser tkun dik il-ġimgħa li trid tikkalma minn dak it-twettieq li int qiegħed twettaq, u tara kif tista’ tgħaraf li dan it- twettieq mhux jagħtik ċans li int ikollok dak l-ispazju li tixtieq.  Għalhekk hemm bżonn li tieqaf ftit u twettaq riflessjoni profonda. 

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 8 , 10 u 12. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Aquamarin. Namaste. 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                                                    

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Leo ser tkun ġimgħa ta’ ippjanar aktar fit-tul dwar diversi ideat li int għandek tgħaraf li fil-preżent minħabba impenji oħra ma tistax twettaq dak kollu li tixtieq.  Għalhekk għaraf ħejji pjan sew sabiex dak kollu li għandek fik ikun iġġenerat sew.  

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 8 , 9 u 11. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. Namaste. 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                                                

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Virgo ser tkun ġimgħa li tgħaraf aħjar kif ser tkun tista’ tibda teżerċita ftit aktar ħin personali għalik.  Int qiegħed tgħaraf li meta kont tqatta dak il-ħin il-gym int kont tkun aktar immotivat.  Għalhekk issa dan huwa aktar meħtieġ li twettqu.   

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 7 , 8 u 13. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Onyx. Namaste. 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru                                              

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Libra ser tkun ġimgħa li tgħaraf aħjar ir-responsabbilta’ li int issa bdejd tesperjenza.  Din ir-responsabbilta’ li qiegħed tesperjenza ser tkun qegħda tagħmlek konxju aħjar tal-ħajja. Żgur li int ma kontx qiegħed tistenna dan, iżda issa għandek taħtaf din l-okkażjoni.   

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 8 , 9 u 12. 
  • Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l- Quartz. Namaste.                   

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru                                             

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Scorpio ser tkun ġimgħa fejn int issa għandek tanalizza dak kollu li int esperjenzajt tul din il-fażi sabiex minn dak li int esperjenzajt tkun tista’ tatwaħ fil-ġimgħat li ġejjin. Int żgur għandek ħafna minn fejn tieħu direzzjonijiet li jagħtuk dik il-motivazzjoni meħtieġa.  

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 9 , 10 , 12. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Lemon Quartz. Namaste. 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru                          

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Sagittarius ser tkun dik il-ġimgħa li għanda tħejjik għal fażi.  Hekk li fi ftit ġranet oħra int ser tkun qiegħed tesperjenza ż-żodjaku tiegħek għal erba’ ġimgħat li ġejjin, għalhekk ħejji u ipprepara għal dan iż-żmien pożittiv li ġej lejk. 

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 7 , 10 u 13. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi Tiger’s Eye. Namaste. 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar                                    

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Capricorn ser tkun ġimgħa li dak li int mhux kuntent dwaru int tieħu dik id-deċiżjoni meħtieġa u utli.  Issa ma tistax tibqa tibża minn ċerta deċiżjonijiet li għandek tieħu, speċjalment meta int taf li dawn id-deċiżjonijiet huma tant importanti għal dak li hemm riesaq lejk.  

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 9 , 11 u 12. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Black Opal. Namaste. 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                                                               

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Aquarius ser tkun ġimgħa ta’ għarbiel lejn dawk ta’ madwarek.  Wasal il-mument li int tgħaraf eżatt min huma dawk il-vera persuni li għandek tafda fix-xhur li ġejjin.  Taf li ġejjin xhur ibsien, xhur li jafu jbiddlu kompletament il-kwadru ta’ ħajtek minn kif inhu fil-preżent.  

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 8 , 10 u 13. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Fire Gate. Namaste.  

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu                                                            

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Pisces ser tkun ġimgħa ta’ pjan finanzjarju.  Int taf li ġejjin ġimgħat li issa trid tkun ippreparata sew finanzjarjament.  Għalhekk din il-ġimgħa għandek tħejji skeda tajba dwar it-tqassim ta’ l-infieq tiegħek għax -xhur li ġejjin.  Analizza.  

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 7 , 10 u 12. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Cats Eye. Namaste. 

KOMPETIZZJONI ma PAULJON  

Kun fiċ-ċans li tirbaħ: 

  • Voucher għall-pubblikazjonijiet ta’ PaulJon jew 
  • Voucher  għal  Fitnes Classes  mingħand Graziella Miruzzi; 

Kull ma’ għandek tagħmel huwa li twieġeb għal din il-mistoqsija: Il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Taurus ġej fil-6, fis-7 jew fid-9 ta’ Mejju?                    

Ibgħat it-tweġiba tiegħek ibgħat b’SMS fuq 79495804 jew 99013600 jew fuq il pagna ta facebook ‘’ PaulJon13 ‘’ Namaste   

More in Oroskopju