Oroskopju | It-Tielet Ġimgħa fiż-Żodjaku ta’ Taurus

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon

Fatt interessanti u kurjuż dwar dan iż-żodjaku hu li Taurus, ħafna drabi, iħobbu jinqatgħu għalihom waħidhom, ifittxu l-kwiet, u dak il-ħin għalihom biss. Magħrufin li jinġibdu ħafna lejn dawk li jkunu f’forma ta’ kriżi jew xi forma ta’ għajnuna, dan sabiex jagħrfu jkunu ta’ isprazzjoni, magħrufin ukoll għal memorija fejn kapaċi jiftakru ħafna sitwazzjonijiet mill- esperjenzi passati, kif ukoll magħrufin għad dedikazzjoni kbira fil-ħidma tagħhom. Taħt dawn iż-żodjaki insibu ħafna persuni li jokkupaw professjonijiet u karigi għoljin. Magħrufin ukoll li għandhom qalb tad-deheb u joffrulek sigurta’ ta’ onesta’ bla tmiem, pero’ evita li tiksirha ma persuni li huma taħt dan iż-żodjaku b’mod speċjali jekk iseħħ xi forma ta’ tradiment, ghax huma jibqgħu jissieltu sa kemm jitwettaq is-sewwa u jieħdu dak li ħaqqhom, f’kelma waħda evita li tittradixxi lill dan iż-żodjaku.  

Nies famużi miż-żodjaku ta’ Taurus insibu lill: William Shakespeare, Audrey Hepburn, George Clooney, Rudolpho Valentino, Adele, Pierce Brosnan, Enya, Rami Malak, Cher, Tony Blair, David Beckham, ir-Reġina Elizabetta II u San Gwann Pawl II.  

L-aktar jum idejali għaż-żodjaku ta’ Taurus huwa l-Ġimgħa filwaqt li l-jum li għandu jiġi evitat huwa dak tat-Tlieta. L-aktar xahar ideali huwa Mejju filwaqt li xahar li għandu jiġi evitat huwa dak ta’ Lulju. Taurus huma magħrufin għal istabilita’ u determinazzjoni tagħhom, filwaqt li l-kristalli ideali huma l-Emerald u l-Amber. Id-dati ideali għal waqt dan iż-żodjaku ta’ Taurus huma dawn: għax xahar ta’ April it-23, is-27 u t-28, filwaqt li għax xahar ta’ Mejju l-4, is-7, id-9 u l-15. 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Aries ser ikun il-mument ta’ għarfien lejn dawk il-proġetti li waqajt lura minnhom minħabba raġunijiet li żgur ma kellikx kontroll fuqhom.  Issa reġa għandek dak iċ-ċans li tħejji sew lilek innifsek sabiex dawk il-proġetti l-aktar meħtieġa jkunu jistgħu jitwettqu għas sodisfazzjon personali tiegħek.  

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma 9 , 12 u 14.                                                                           
  • Il-kristalla idejali għalik hi il Moonstone Namaste                                                 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik l-istess Taurus ser jagħtik iċ-ċans sabiex bir-ritmu tiegħek tkun tista’ taniliżża aħjar kemm il-karriera tiegħek kif ukoll il-madwar komplut tiegħek u b’hekk ser ikun possibli għalik li tirrifletti aħjar kif tista’ tqassam aħjar u dan sabiex il-ħajja tiegħek tkun waħda aktar stabbli għal dak li hemm riesaq lejk. 

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 10 , 11 u 13. 
  • Il-kristalla idejali għalik  hi l-Amber.  Namaste  

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 

F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Gemini huwa dak il-mument ta’ rifflessjoni profonda dwar dak li sa issa rnexxilek twettaq.  Taf li l-motivazzjoni tiegħek hija waħda ta’ determinazzjoni fejn għalkemm xi kulltant issib il-mewġ iħabbat kontra tiegħek dan ma jżommokx milli tasal fejn verament tixtieq. 

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 8 , 12 u 14. 
  • Il-kristalla idejali għalik hi t-Tigers eye.  Namaste 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

F’din it-tielet ġimgħa  taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Cancer ser ikun mument li taħtaf aktar dawk l-opportunitajiet li forsi ma kontx qed tagħti wisq attenzjoni.  Opportunitajiet li jistgħu jissarfu f’aktar stabbilta’ fil-ħajja tiegħek.  Opportunitajiet li tista’ tintaqa ma’ persuni b’idejat ġodda li żgur fil-mument tgħaraf li għandek bżonn.  

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 9 , 11 u 12. 
  • Il-kristalla idejali għalik  hi r-Rose Quartz. Namaste 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu 

F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Leo ser ikun dak il-mument ta’ ispirazzjoni li tul dawn l-aħħar ġimgħat kienet xi ftit nieqsa minn ġewwa fik.  L-inspirazzjoni hija ferm utli għalik f’dan il-mument sabiex fejn kien hemm nuqqas dan issa jerġa jaqbad it-triq li tant int magħruf għaliha.  Għalhekk ispira lilek innifsek b’mod profond.  

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 10 , 12 u 14. 
  • Il-kristalla idejali għalik  hi t-Topaz.  Namaste 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru 

F’din it-tielet ġimgħa  taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Virgo ser ikun il-mument li jagħtik ħin biżejjed sabiex tirriffletti sew dwar dak li hemm bżonn jitwettaq kemm fil-preżent u wisq aktar għal dak li int qiegħed taspira għalih fil-futur.  Dan il-qamar jaf ikun dik iċ-ċavetta li int tgħaraf b’mod iddettaljat dak li int verament tixtieq u tħoss li huwa utli għalik.   

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 9 , 13 u 14. 
  • Il-kristalla idejali għalik  hi l-Pearl.  Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

F’din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Libra ser iwasslek aktar lejn ir-realta’. Għalkemm xi kultant tipprova taħrab ir-realta’ issa f’dan il-qamar ser tħoss li huwa l- mument opportun li tiffaċċja dak li tant ilek biex twettaq.  Dan ser iġiegħlek tanalizza kemm tlift żmien prezjuż li stajt esperjenzajt sitwazzjonjiet ferm aktar pożittivi.  

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 8 , 11 u 14. 
  • Il-kristalla idejali għalik  hi l-Jade. Namaste 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru 

F’din it-tielet ġimgħa  taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Scorpio ser ikun mument ta’ kuraġġ.  Għalkemm fil-preżent qiegħed tiffaċċja sitwazzjonijiet ikkumplikati dan il-qamar ser ikun ta’ benefiċċju għalik sabiex timtela b’dik id-determinazzjoni tant meħtieġa sabiex tasal fejn verament tixtieq.  Għalhekk għandek iżomm lilek innifsek pożittiv sabiex dan il-mument tgħelbu.  

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 9 , 10 u 12. 
  • Il-kristalla idejali għalik  hi t-Tourmaline. Namaste 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru 

F’din it-tielet ġimgħa  taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Sagittarius ser ikun il-waqt li tgħaraf issib aktar ħin għalik.  Taf li minħabba l-ħidma li int teżerċita ħin għalik spiċċa.  Għalhekk f’din il-fażi tal-qamar int ser tgħaraf issib bilanċ għal dan il-ħin tant bżonjuż fil-ħajja tiegħek li żgur huwa meħtieġ. 

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 8 , 10 u14. 
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi s-Sapphire.  Namaste  

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

F’din it-tielet ġimgħa  taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Capricorn huwa mument dwar kif ser tkompli tagħti dik id-dehra utli lejn l-abitat tiegħek.  Int qiegħed tgħaraf li l-abitat jinħtieġ dik id-dehra idejali kif tixtieq int kif int tagħmlek aktar komdu.  Għalhekk bħalissa kompli kkonċentra u t-tejjeb l-abitat tiegħek. 

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 9 , 12 u 13. 
  • Il-kristalla idejali għalik  hi l-Amethyst.  Namaste 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar 

F’din it-tielet ġimgħa  taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Aquarius ser ikun dak il-mument idejali sabiex tgħaraf l-aħjar mument sabiex tagħti aktar importanza lejn dak il-ħin ta’ mistrieħ.  Taf li bħalissa qiegħed tħoss li dan huwa meħtieġ u dan lilek jagħtik dik il-motivazzjoni sabiex tiġġenera aktar tkattir u tkabbir fl-istabbilta’ tiegħek.  

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 10 , 13 u 14. 
  • Il-kristalla idejali għalik hi l-Moonstone.  Namaste 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

F’din it-tielet ġimgħa  taż-żodjaku ta’ Taurus għalik Pisces huwa mument li int trid tgħaraf tanalizza liema direzzjoni ideali għandek tieħu.  Bħalissa qiegħed tħossok f’salib it-toroq u  għalhekk grazzi għal dan il-qamar int ser tgħaraf f’liema direzzjoni u liema triq għandek tieħu minn issa. Ovvjament trid tkun iddeterminat  u iffokat. 

  • Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma : 8 , 11 u 12. 
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Opal.  Namaste 

More in Oroskopju