L-oroskopju għall-ewwel ġimgħa ta' Ġunju

Mill-Ħadd 31 ta' Mejju sas-Sibt 6 ta' Ġunju 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar 

Iż-Żodjaku  għalik Aquarius ser jagħmlek tirrefletti sabiex ma tkunx rasek iebsa, għax jekk ħa żomm iebes żgur se ġarrab xi diffikultajiet.  Huwa mument fejn int trid tagħraf terħi.  Tibżax tagħmel dan għax ma int ħa titlef l-ebda kredibilta’, anzi wara ħa tinduna li xi kultant meta timxi f'dan il pass int tista’ tagħraf aktar. 

L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgha.

L-istilla li tipprovdilek kumpanija ġenwina ġejja minn Leo.   

Aquarius  huma magħrufin kemm huma persuni umli. Namaste 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

Iż-Żodjaku għalik Pisces ser jagħmlek tagħfas fuq aktar ħin lejn dawk ta’ madwarek peress li dan l-aħħar qed tinduna li m’intix issib ħin biżżejjed.  Imma trid tara lil min tista’ tipprova tagħti il-massimu.  Xi sorpriża li int tista’ tagħmel tmur tajjeb ħafna, għalhekk bħalissa iffoka ftit iżjed f'dan ir-rigward.

L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.   

L-istilla li tipprovdilek kumpanija ġenwina ġejja minn Taurus.  

Pisces huma magħrufin li jservu ta pont ma’ oħrajn.  Namaste 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-Żodjaku ghalik Aries ser ikun mument li int tagħraf aktar minn int.  Tagħraf aktar vera xi trid, tagħraf aktar fejn trid tasal.  Huwa mument fejn int trid issib lilek.  Jekk dan m’intix ħa tagħmlu jaf ikun hemm inċertezzi fil-ġejjini.  Għalhekk għaraf li ssib spazju fejn tirrefletti fejn int trid verament tasal.

L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.

L-istilla li tipprovdilek kumpanija ġenwina ġejja minn Libra. 

Aries huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.  Namaste

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

Iż-Żodjaku għalik Taurus ser iwasslek għal pjan li int tixtieq twettaq u dan jista’ iseħħ.  Imma trid tagħraf tħejji sew għaliħ.  Taf li int ma tħobbx li xi ħaġa tmur ħazin u taf tkun preċiż f'dak li tkun trid. Dan il-pjan ħa jagħtik spinta il-quddiem, basta tonora dmirek b'aktar responsabilta.  Għalhekk irrefleti.

L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa dak l-Erbgħa. 

L-istilla li tipprovdilek kumpanija ġenwina ġejja minn Gemini. 

Taurus  huma magħrufin għall indpendenza kompleta tagħħom.  Namaste 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta Ġunju 

Iż-Żodjaku  għalik Ġemini ser jagħmlek tagħraf li aktar ma jgħaddi żmien aktar qed titlef iċ-ċans tiegħek li tista’ tirbaħ dak li bħall issa jidher li qisu qiegħed jintilef, iżda jekk int tagħraf tibda mill-aktar fiss tikkumbatti din is-sitwazjioni li bħal issa għaddej minna hemm possibilta’ li int terġa tikseb prospetti sbieħ.   

L-aktar jum ideali  għal din il ġimgħa huwa l-Ħamis.  

L-istilla li tipprovdilek  kumpanija ġenwina ġejja minn Sagittarius. 

Gemini huma magħrufin għall abbilta’ orġaniżżata tagħħom.  Namaste 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

Iż-Żodjaku għalik Cancer ser jagħmlek tagħraf li int persuna li ma tantx tħobb tafda.   Għalhekk bħalissa ara ma’ min tafda ċertu sitwazjonijiet, b'mod speċjali waqt il-ħidma tiegħek, fejn bħalissa trid toqgħod aktar moħħok hemm aktar mis-soltu.  Għaraf dan sabiex int tagħraf taddatta iżjed.

L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.    

Listilla li tipprovdilek kumpanija ġenwina ġejja minn Pisces. 

Cancer huma magħrufin għall burdata stabbli tagħħom. Namaste 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu 

Iż-Żodjaku għalik Leo ser tkun fażi fejn ċertu ħsibijiet li ser iġegħluk tieqaf mir- rankatura li kont għaddej bijha biex b'hekk tiffoka iżjed fil-madwar tiegħek għalkemm taf li mhux kollox jiddependi minnek.  Imma tal-inqas dak li int tista’ tasal għaliħ int ser twettqu  u tagħraf ħilijitek fejn kapaċi vera jaslu.  

L-aktar jum ideali  għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.    

L-istilla li tipprovdilek kumpanija ġenwina ġejja minn Capricorn.  

Leo huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Namaste 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru

Iż-Żodjaku għalik Virgo ser joffrilek oppurtunita’ iżda ma’ hux il-mument li tgħaġġel fid-deċiżjioni għax għad trid twettaq ħafna aktar affarjiet fil-pożizzjoni li int bħalissa.  Tajjeb li tagħmel analażi sew, tirrefletti u tara kif tista’ iddawwar kollox f’pakket wieħed.  Irrefletti sew dwar dan.

L-aktar jum ideali  għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 

L-istilla li tipprovdilek  kumpanija ġenwina  ġejja minn Cancer.

Virgo huma magħrufin għall abbilta’ u twemmin fihom infushom.  Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

Iż-Żodjaku għalik Libra ser jagħmlek tagħraf timxi aktar b’moħħok peress li sitwazzjoni li għandek quddiemek trid aktar ħsieb, u dan trid tagħmlu sew għax trid iżżomm bilanċ bejn ix-xogħol tiegħek u l-madwar tiegħek.  Huwa mument delikat, imma jidher li dan ħa tgħaddi minnu tajjeb.  Kun iffokatt.

L-aktar jum ideali  għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.    

L-istilla li tipprovdilek kumpanija ġenwina ġejja minn Scorpio.

Libra huma magħrufin għat-twettiq fil-madwar tagħhom.  Namaste 

Scorpio mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru

Iż-Żodjaku għalik Scorpio ser iwaslek sabiex sitwazzjioni mill-passat terga’ tigi għal-attenzjioni tiegħek. Issa peress li għadda ċertu żmien u int stabilixejt lilek aktar ikun ftit ta’ problema jekk int tagħti xi spazju għal din is-sitważżjioni.  Għalhekk kompli kun iffokat lejn dak li hemm riesaq lejk.

L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. 

L-istilla li tipprovdilek kumpanija ġenwina ġejja minn Aquarius. 

Scorpio huma magħrufin għall istabbilta’ tagħhom.  Namaste 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru 

Iż-Żodjaku għalik Sagittarius ser ikun mument ta’ pressjoni madwarek minħabba diversi proġetti li int trid twettaq.  Speċjalment wieħed partikulari li dan ħa joħodlok ħafna ħin.  Tinsab xi ftit panikuż minħabba dan iżda żomm lilek iffokat u kollox jitwettaq kif għandu jkun.

L-aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.  

L-istilla li tipprovdilek kumpanija ġenwina ġejja minn Virgo.  

Sagittarius huma magħrufin għall flessibbilta’ preċiża tagħhom.  Namaste

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

Iż-Żodjaku għalik Capricorn  huwa mument ta’ ħsibjiet u pjanijiet dwar il-karriera tieghek.  Tajjeb li tagħmel ċertu pjanijiet, imma ħu ħsieb li timxi bil-għaqal.  Hemm bosta opportunitajiet u ħa jkun hemm diversi tibdil madwarek għalhekk ħejji lilek bi skeda tajba.  Irrifleti dwar dan.  

L- aktar jum ideali għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.   

L-istilla li tipprovdilek kumpanija ġenwina ġejja minn Aries. 

Capricorn huma magħrufin għall ħeġġa profonda tagħhom.  Namaste 

More in Oroskopju