Is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz b'festi speċjali biex tfakkar il-100 sena mix-xiri ta’ Palazzo Huesca
Biex tfakkar il-ġrajja storika tad-19 ta’ Lulju, 1922, is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz tal-Birgu ħejjiet programm ta’ attiviajiet mifruxa fuq sena sħiħa
Is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz tal-Birgu qed tfakkar il-100 sena mix-xiri ta’ Palazzo Huesca, is-sede tagħha.
Il-binja l-aktar prominenti fil-Pjazza tal-Birgu, fil-fatt hija s-seda ta’ din is-Soċjetà Mużikali u semmiet hekk għax Huesca hija l-Belt fejn twieled San Lawrenz, il-Patrun tal-Belt Rebbieħa.
Biex tfakkar il-ġrajja storika tad-19 ta’ Lulju, 1922, is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz tal-Birgu ħejjiet programm ta’ attiviajiet mifruxa fuq sena sħiħa.
Fost l-oħrajn se jsiru numru ta’ programmi mużikali mill-Banda, eżebizzjonijiet, attivitajiet sportivi, recording ta’ CD’s, ktieb dwar il-Palazz, proġetti ġodda u ħafna aktar.
Il-qofol tal-Festi se jintlaħaq bejn il-15 u d-19 ta’ Lulju, il-ġurnata li fiha ġie ffirmat il-kuntratt għand in-Nutar Salvatore Cauchi fejn fost l-oħrajn se ssir Akkademja Mużikali li ser tfakkar ukoll il-50 sena mill-Innu l-Kbir lil San Lawrenz komposizzjoni tas-Surmast Hector Dalli.
Għal dawn il-festi sar ukoll logo xogħol Adrian Vella bl-assistenza ta’ Andre Gatt.