Il-Kardinal Fitzgerald se jmexxi l-festi solenni li se jfakkru t-800 sena mill-mewt ta' San Duminku

Din is-sena d-Dumnikani tal-Birgu qegħdin ifakkru t-800 sena mill-mewt ta’ San Duminku u għal dan iċ-ċentinarju l-komunità tal-Patrijiet Dumnikani tal-Birgu ġiebu minn Ruma r-relikwa ta’ San Duminku

Il-Kardinal Fitzgerald
Il-Kardinal Fitzgerald

Il-Kardinal Ingliż Michael L. Fitzgerald M. Afr. ser imexxi l-festi solenni f’ġieħ il-Patrijarka San Duminku fil-Birgu.

Din is-sena d-Dumnikani tal-Birgu qegħdin ifakkru t-800 sena mill-mewt ta’ San Duminku. Għal dan iċ-ċentinarju l-komunità tal-Patrijiet Dumnikani tal-Birgu ġiebu minn Ruma r-relikwa ta’ San Duminku.

Il-Kardinal Fitzgerald ser imexxi Vespri Pontifikali nhar is-Sibt 27 t’Awwissu 2021 fis-7:00pm fil-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata, il-Birgu.

Fit-8:30pm l-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu tesegwixxi programm mużikali fi Triq il-Mina l-Kbira taħt il-Patroċinju tal-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Fitzgerlad.

L-għada l-Ħadd 28 t’Awwissu 2021, nhar il-festa huwa jmexxi l-quddiesa Pontifikali bil-paniġierku jkun minsuġ minn P. Alan J. Adami OP.

Filgħaxija l-Kardinal jerġa’ jemxxi Vespri Pontifikali fis-7pm li fih issir ukoll ir-repożizzjoni tar-relikwja.

Kulħadd huwa mistieden li jattendi, filwaqt li jħares id-direttivi maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa kontra l-imxija tal-Covid-19

More in Festi