Live | L-Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tat-Tberik taż-Żjut

Din hija l-uniku quddiesa li ssir dalgħodu u mal-Arċisqof jingħaqdu s-saċerdoti djoċesani u r-reliġjużi

Dalgħodu, madwar id-dinja kollha ma jsirx quddies ħlief quddiesa waħda li jiċċelebraha l-Isqof tad-Djoċesi flimkien mas-saċerdoti djoċesani u r-reliġjużi.

Matul din iċ-ċelebrazzjoni, magħrufa wkoll bħala l-Quddiesa tal-Griżma, jitbierku ż-Żjut li jintużaw għas-Sagramenti matul is-sena kollha, fosthom fil-Griżma tal-Isqof, il-Griżma tal-Morda, l-Ordni Sagri u oħrajn.

F'ċirkostanzi normali, f'din il-Quddiesa, mal-Arċisqof jikkonċelebraw is-saċerdoti djoċesani u reliġjużi li jġeddu l-wegħdiet li għamlu dakinhar tal-ordinazzjoni tagħhom.

Fil-fatt, dalgħodu, ikun iċċelebrat ukoll it-twaqqif tas-Saċerdozju

L-istess saċerdoti u reliġjużi jieħdu ż-Żjut imbierka waqt din iċ-ċelebrazzjoni fil-knejjes rispettivi tagħhom.

Iċ-ċelebrazzjoni tibda fid-9:30am

More in Festi