Live: Iċ-ċelebrazzjoni ta' Ħadd il-Palm; Il-Knisja tagħti bidu għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa

Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet jilħqu l-qofol tagħhom bit-Tridu Mqaddes tal-Għid u s-Solennità tal-Qawmien tal-Mulej

Illum il-Knisja tagħti bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa bit-Tifkira tad-Daħla tal-Mulej f'Ġerusalemm, magħrufa aħjar bħala Ħadd il-Palm.

Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet jilħqu l-qofol tagħhom bit-Tridu Mqaddes tal-Għid u s-Solennità tal-Qawmien tal-Mulej, magħrufa aħjar bħala Ħadd il-Għid.

Iċ-ċelebrazzjoni tal-lum, f'ċirkostanzi normali, tibda minn barra jew inkella minn ħdejn il-bieb tal-knisja, bit-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm biex issir it-tifkira tad-daħla tal-Mulej f'Ġerusalem u jinqara wkoll ir-rakkont tal-passjoni, jew il-Passju kif inhu magħruf magħna l-Maltin.

L-Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi ċ-ċelebrazzjoni, fil-Katidral ta' San Pawl fl-Imdina

 

More in Festi