Mill-Gudja sa Kemmuna .... erba' paġni speċjali dwar Santa Marija fuq il-gazzetta ILLUM

Id-dilettanti kollha tal-festi, speċjalment dawk li għandhom għal qalbhom il-festa ta' Santa Marija, ma għandhomx jitilfu l-gazzetta ILLUM ta' għada

Santa Marija - Ħal Għaxaq
Santa Marija - Ħal Għaxaq

Jekk hawn festa li l-Maltin iħobbu, bla dubju ta' xejn din hija l-Festa ta' Santa Marija. Mhux biss minħabba l-btajjel, iżda anke għax tfakkarhom fil-ġrajja storika tal-Konvoj ta' Santa Marija li mmarkat it-tmiem tat-Tieni Gwerra f'Malta. Mhux ta' b'xejn li diversi parroċċi madwar Malta u Għawdex jiċċelebraw bi kbir din is-solennità.

Anke jekk din is-sena, ix-xbihat sbieħ ta' Santa Marija, mhux se jinħarġu jduru fit-toroq ta' diversi bliet u rħula, fost iċ-ċapċip, id-daqq tal-qniepen u l-banda, il-kant u l-ħoss tal-murtali, il-gazzetta ILLUM xorta waħda ħasbet biex tiċċelebra din il-festa.

Għada, 16 ta' Awwissu, il-gazzetta ILLUM se tippubblika erba' paġni speċjali dwar ix-xbihat kollha ta' Santa Marija mxerrda madwar Malta, Għawdex u anke Kemmuna.

Dawn il-paġni jinkludu ritratti tal-vari u l-istorja dwar kull vara, mill-istellarju sal-bankun tagħhom.

Jekk int dilettant tal-festi, jew għandek għal qalbek lil Santa Marija, titlifx il-gazzetta ILLUM ta' għada.

More in Festi