Live: Quddiesa mill-Knisja ta' Ġieżu fil-Belt fil-jum iddedikat lid-Duluri

Il‑Quddiesa tad‑9:30am, segwita mit‑talba tar‑Rużarju

Illum huwa Jum id-Duluri. Normalment, bħal-lum, il-knejjes tagħna jkunu miżgħuda bin-nies jitolbu quddiem ix-xbiehat ta' Marija Addolorata u bħal-lejla eluf jimxu wara l-istess xbiehat f'diversi pellegrinaġġi li jsiru fl-ibliet u l-irħula.

Dalgħodu, fuq talba tal‑Arċisqof il‑quddies ser jixxandar mill‑Knisja ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta, fejn jinsabu meqjuma x‑xbihat devoti tal‑Kurċifiss mirakoluż u tad‑Duluri li s‑soltu toħroġ f’pellegrinaġġ mat‑toroq tal‑Belt. 

Il‑Quddiesa tad‑9:30am, segwita mit‑talba tar‑Rużarju, se titmexxa mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi.

Illejla se tixxandar quddiesa oħra fil‑5:30pm, li wkoll se tkun segwita mit‑talba tar‑Rużarju, se titmexxa mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna. 

 

More in Festi