Il-Ġużeppini Għaxqin ifakkru l-memorja tal-vittmi tal-isplużjoni tal-kamra tan-nar 50 sena ilu

Il-Ġużeppini Għaxqin jfakkru l-memorja tal-vittmi tal-isplużjoni tal-kamra tan-nar 50 sena ilu se tkun qed ittella’ akkademja mużikali

L-Għaqda Mużikali San Ġuzepp ta’ Ħal Għaxaq se tkun qed ittella’ akkademja mużikali biex tfakkar il-memorja ta’ ħames Ġużeppini li tilfu ħajjithom ħamsin sena ilu waqt li kienu qed jaħdmu n-nar għall-festa ta’ San Ġużepp.

It-traġedja seħħet fil-15 ta’ Frar tal-1970. Kien għall-ħabta tas-1:15pm meta seħħet splużjoni fl-kamra tan-nar ta’ San Ġużepp.

Kienu tilfu ħajjithom Grezzju Abdilla ta 36 sena, George Bonnici ta 54 sena, Ġiġi Cutajar ta 27 sena, Carmelo Gafà  ta’ 25 sena u Żarenu Mizzi ta’ 22 sena

L-Akkademja, Et Quinque Victimarum, se tkun qed tfakkar il-memorja ta’ dawn il-vittmi.

Din se tittella’ nhar is-Sibt li gej, fil-knisja ta’ Ħal Għaxaq, fis-7:30p.m. taħt il-patroċinju tal-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca.

L-akkademija se tittella’ mill-banda San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq li se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Reno Busuttil

Takkummpanja l-Banda s-sopran Claire Caruana. 

Il-poeziji u proża relattata, fosthom rakkont ta’ wieħed minn dawk li salva din it-traġedja isir minn Ivan Debattista filwaqt li Aaron Zahra se jippreżenta s-serata. 

Id-dħul huwa mingħajr ħlas.

More in Festi