Etimoloġija | Taf lil xi ħadd dejjem 'wiċċ Laskri?' ... Nesploraw il-ġrajja wara din l-idjoma

Dan tmiem il-ġimgħa se niċċelebraw Karnival sħiħ mingħajr restrizzjonijiet ... Il-programm Etimoloġija jesploraw l-ġrajja wara idjoma marbuta ma' dan l-avveniment

Il-Karnival nassoċjawh ma' Frar jew inkella Marzu iżda din is-sena, wara Karnival ridott fix-xhur li għaddew, se nkunu nistgħu nerġgħu niċċelebraw Karnival mingħajr restrizzjonijiet.

Għalhekk, il-programm Etimoloġija ħaseb li jiddedika l-ewwel parti ta' dan il-programm għall-Karnival u l-espressjoni popolari: 'Qisek wiċċ Laskri'

Fit-tieni parti tal-programm nerħulha sal-Wied tal-Isperanza biex naraw minn fejn ġej dan l-isem u l-leġġenda warajh.

Il-programm Etimoloġija jixxandar kull nhar ta' Tnejn, fl-4:15pm fuq TVMnews+

Il-programm qed jittella' bl-għajnuna ta' BDL Books. Żur is-sit bdlbooks.com

 

More in Etimolo?ija