Etimoloġija ... lura mil-lejla fuq TVMNews+

Etimoloġija, kull nhar ta’ Tnejn fis-7:30pm, fuq TVMnews+, b’repetizzjoni l-Erbgħa fil-4.45pm u s-Sibt fit-2.45pm

Mil-lejla, jirritorna fuq TVMNews+, il-programm Etimoloġija. 

Ħafna drabi, meta nkunu rridu nkunu nafu t-tifsira ta’ kelma, naqbdu d-dizzjunarju, inqalbu ftit paġni, naqraw sentenza u nieqfu hemm. Madanakollu, meta nagħmlu hekk, inkunu qed nitilfu ħafna mit-tifsira tal-kelma u mill-ġmiel ta’ din il-lingwa li tagħmilna Maltin u tagħtina identità. 

Hawn jidħol il-programm Etimoloġija li jaqbad kliem differenti, qwiel, idjomi u saħansitra anke toponomi, bħall-ismijiet ta’ lokalitajiet, bajjiet u widien mifruxa madwar Malta u Għawdex u jitlaq magħhom vjaġġ lura fi żmien sakemm jasal għat-tifsira li dawn kellhom. 

Hekk inkunu qed nifhmu mhux biss x’kellhom f’moħħhom missirijietna meta ħolqu dan il-vokabularju u niftħu tieqa ċkejkna fuq il-ħajja li kienu jgħixu imma anke napprezzaw aktar kif it-tifsir jinbidel maż-żmien u r-rikezza tal-lingwa tagħna.

Etimoloġija jagħmel dan bl-għajnuna ta’ professuri, esperti u kittieba tal-Malti li jispjegaw aħjar l-istorja wara dan il-kliem.

Etimoloġija, kull nhar ta’ Tnejn fis-7:30pm, fuq TVMnews+, b’repetizzjoni l-Erbgħa fil-4.45pm u s-Sibt fit-2.45pm.

More in Etimolo?ija