Etimoloġija | Żgur li taf lil xi ħadd 'pastaż' imma taf minn fejn ġejja din il-kelma?

Il-programm Etimoloġija jixxandar kull nhar ta' Tnejn, fl-4:15pm fuq TVMnews+

Il-programm Etimoloġija jistħarreġ biex jifhem aħjar minn fejn ġejja t-tifsira tan-nom 'pastaż.' Oriġinarjament, din ġejja mill-Isqalli u kienet tfisser reffiegħ, travu jew inkella xi ħadd vulgari, kif insibu fil-Malti.

Peress li r-reffiegħ dejjem kien ikun xi ħadd mill-klassi l-baxxa, malajr saret l-assoċjazzjoni ma' xi ħadd li ma jkollux skola u għalhekk ma jkollux manjieri. Anke meta ngħidu: "mela jien il-pastaż tiegħek," għadna qed nirreferu għal dan is-sens oriġinali, jiġifieri "jiena mhux l-iskjav tiegħek."

Fit-tieni parti tal-programm nistħarrġu l-idjoma: 'Telgħalu San Filep' li għall-kuntrarju ta' dak li jaħsbu ħafna, ma tirreferix għal San Filep li jiċċelebraw iż-Żebbuġin.

Il-programm Etimoloġija jixxandar kull nhar ta' Tnejn, fl-4:15pm fuq TVMnews+

Il-programm qed jittella' bl-għajnuna ta' BDL Books. Żur is-sit bdlbooks.com

More in Etimolo?ija