Etimoloġija | Kont taf li l-karat li bih niżnu d-deheb jirreferi għaż-żerriegħa tal-ħarruba?
Fit-tieni parti tal-programm immorru l-Belt Valletta u mal-istoriku Mario Coleiro nesploraw minn fejn il-laqam Diju Balli, mogħti lil waħda miż-żoni residenzjali tal-Belt Valletta
Tul il-programmi li għaddew rajna kemm missirijietna ħolqu kliem minn dak li kienu josservaw fin-natura, anke għax il-ħajja li kienu jgħixu kienet iddur magħha.
Il-kelma karat, pereżempju, tirreferi għaż-żerriegħa tal-ħarruba li kienet tintuża biex wieħed jiżen, anke għax hija magħmulha kollha kemm hi mill-istess daqs.
Fit-tieni parti tal-programm immorru l-Belt Valletta u mal-istoriku Mario Coleiro nesploraw minn fejn il-laqam Diju Balli, mogħti lil waħda miż-żoni residenzjali tal-Belt Valletta.
Il-programm Etimoloġija jixxandar kull nhar ta' Tnejn, fl-4:15pm fuq TVMnews+
Il-programm qed jittella' bl-għajnuna ta' BDL Books. Żur is-sit bdlbooks.com