Etimoloġija | Alaxalxè nużawha għal min jagħmel kollox bl-addoċċ iżda kienet tfisser l-oppost
Il-programm Etimoloġija jixxandar kull nhar ta' Tnejn, fl-4:15pm fuq TVMnews+
'Jagħmel kollox alaxalxè' ngħidu għal xi ħadd li kull ma jagħmel, jagħmlu bl-addoċċ. Iżda kont taf li din ġejja mill-Franċiż u tfisser xi ħaġa li tkun magħmula tajjeb ħafna? Fil-fatt, il-Malti beda juża din il-kelma b'mod ironiku sakemm is-sens oriġinali ntesa għal kollox.
Fit-tieni parti tal-programm nitkellmu dwar isem ta' tajra oħra. Din il-ġimgħa jmiss 'ix-xifa.'
Il-programm Etimoloġija jixxandar kull nhar ta' Tnejn, fl-4:15pm fuq TVMnews+
Il-programm qed jittella' bl-għajnuna ta' BDL Books. Żur is-sit bdlbooks.com
More in Etimolo?ija