‘L-aktar ħaġa importanti huwa l-ġid tat-tfal tagħna’ – Brad Pitt

Fid-dawl tad-divorzju bejn il-koppja Brad Pitt u Angelina Jolie, Pitt jiddikkjara li għalih, il-ġid ta’ uliedom huwa l-aktar ħaġa importanti

Daqshekk 'Brangelina' - il-koppja tad-deheb ta' Hollywood jiddivorzjaw
Daqshekk 'Brangelina' - il-koppja tad-deheb ta' Hollywood jiddivorzjaw

Wara li l-aħbar tad-divorzju bejn il-koppja tad-deheb ta’ Hollywood, Brad Pitt u Angelina Jolie, l-aġenziji tal-aħbarijiet u t-tabloids tad-dinja kollha ppublikaw listi ta’ raġunijiet li wasslu biex din il-koppja tiddivorzja, b’waħda minnhom tkun li Jolie kellha xi riservi dwar il-metodi ta’ Pitt dwar tat-trobbija tas-sitt itfal tagħhom.

Fi stqarrija mar-rivista ‘PEOPLE’, Pitt stqarr li “jinsab imdejjaq ħafna dwar is-separazzjoni, iżda f’dan l-istadju tas-separazzjoni, il-ġid tat-tfal għandu jkun l-aktar ħaġa importanti”

Infatti Pitt talab lill-media biex waqt dan iż-żmien diffiċli, jtuhom l-ispazju li jistħoqqilom, u biex ma jinvolvux it-tfal bl-ebda mod.

Il-koppja, li kien ilhom flimkien sa mill-2004, iżżewġu sentejn ilu, f’nofs il-ġbid tal-film “By the Sea”, f’Għawdex. Nhar it-tnejn li għadda, Jolie għamlet talba għad-divorzju minn ma’ Pitt fuq raġunijiet ta’ ‘differenzi kbar bejniethom’.

Il-Film 'By the Sea' li nġibed Għawdex fl-2014 juri lill-Pitt u l-Jolie bħala koppja fi-kriżi

Fi stqarrija ta’ Jolie, hija qalet li “d-deċiżjoni ttieħdet għall-ġid tal-familja”. L-avukat tagħha talab lill-media tagħti l-privatezza lill-familja waqt dan il-mument.

Jidher li Jolie talbet il-kustodja fiżika tas-sitt itfal tagħhom, filwaqt li talbet biex Pitt ikollhu drittijiet iżurhom.

More in Divertiment