Liverpool - il-Belt tal-Beatles - se tospita l-Eurovision għall-2023

Liverpool, il-benniena ta' The Beatles, Frankie Goes to Hollywood u The Wombats mistennija ttella' avveniment spettakolari nhar it-13 ta' Mejju

Liverpool, se tospità l-Eurovision
Liverpool, se tospità l-Eurovision

Issa uffiċjali. Il-Belt ta' Liverpool se tkun qed tilqa' fiha miljuni ta' nies - inkluż mijiet ta' Maltin - għall-Eurovision 2023, hekk kif il-Eurovision Song Contest se jkun qed isir fir-Renju Unit, 25 sena wara li fil-fatt kien organizzat f'dan il-pajjiż. 

Liverpool, il-benniena ta' The Beatles, Frankie Goes to Hollywood u The Wombats mistennija ttella' avveniment spettakolari nhar it-13 ta' Mejju, hekk kif rebħet it-tiġrija ma' Glasgow fl-Iskozja li wkoll kienet belt kandidat għal dan il-kompetizzjoni ta' mużika segwit minn miljuni fl-Ewropa u lilhinn minnha wkoll. 

Għalkemm - kif ħafna stennew - l-Ukrajna rebħet l-aħħar konkors dan il-pajjiż ma jistax jorganizza dan l-avveniment minħabba l-gwerra li għaddejja mar-Russja. Is-Sindku ta' Liverpool Joanne Anderson esprimiet il-ferħ tagħha għal dan l-iżvilupp u wegħdet illi Liverpool se tkun qed ittella' u torganizza dan il-konkors bil-kbir. 

Il-konkors se jkun qed jittella' nhar it-13 ta' Mejju fl-M&S Arena li tiflaħ 11,000 spettatur u li tinsab ħdejn Albert Dock u l-binjiet magħrufin bħala Three Graces

Apparti l-Eurovision innifsu l-Belt se tkun mimlija ħajja, kulur, sfilati tal-moda u attivitajiet kulturali. 

More in Arti