Stejjer ta' tkexkix fl-Imdina u r-Rabat f'webinar nhar it-Tlieta li ġej

F'webinar 'Malta Oskura:  Ir-Rabat u l-Imdina' nhar it-Tlieta li ġej -  organizzat minn Heritage Malta - se jiġu rrakkontati ġrajjiet interessanti.  Titilfuhx!

Stejjer tat-tkexkix li jinvolvu lill-Imdina u r-Rabat se jiġu rakkontati f’webinar li Heritage Malta se tippreżenta nhar it-Tlieta, 26 ta’ Jannar.

Vjaġġ virtwali f’dan il-webinar se jħuf fi sqaqien mudlama u jinżel fis-skiet sewdieni tal-katakombi, iżda jimraħ ukoll f’palazzi maestużi u knejjes sbieħ, ilkoll bil-ġrajjiet tagħhom x’jirrakkontaw. Ġrajjiet li fihom kemm-il darba ġera d-demm, u li ħallew marka fuq l-istorja ta’ pajjiżna jew saħansitra biddluha. Bit-titlu “Malta Oskura: Ir-Rabat u l-Imdina”, il-webinar jibda fit-8.30pm u jkun jikkonsisti fil-vjaġġ virtwali ta’ 20 minuta segwit minn sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet.

Ir-rakkonti tul il-vjaġġ se jkunu bil-Malti, iżda se jkun hemm sottotitli bl-Ingliż. 

Dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-webinar huma mitluba jirreġistraw minn qabel bill tagħfas hawnhekk

Aktar ’il quddiem, il-vjaġġ virtwali jkun jista’ jitniżżel mill-internet bi ħlas, mingħajr is-sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet.

More in Arti