Live | Iċ-ċelebrazzjoni solenni tal-Vġili tal-Għid

Illum terġa' tindaqq il-glorja u l-ferħ tal-Għid jinxtered bid-daqq tal-qniepen li ilhom siekta mill-Ħamis

Bħal bieraħ, illum f'Sibt il-Għid, fil-knejjes ma jsirx quddies, ħlief waħda li ġeneralment tibda fit-8pm. Hija waħda mill-isbaħ funzjonijiet liturġiċi tal-Knisja.

Iċ-ċelebrazzjoni tibda bit-Tberik tan-Nar ġdid li minnu jinxtegħel il-blandun, simbolu ta' Kristu Rxoxt u li mhux biss huwa ċ-ċentru ta' din il-funzjoni, talli jibqa' mixgħul fil-knejjes għal 50 jum, jiġifieri matul Żmien il-Għid.

Waqt din iċ-ċelebrazzjoni jinqraw seba' qari, li jirrakkontaw l-istorja tas-Salvazzjoni.

Illum terġa' tindaqq il-glorja u l-ferħ tal-Għid jinxtered bid-daqq tal-qniepen li ilhom siekta mill-Ħamis u anke bid-dawl tal-knejjes li jinxtegħel f'dan il-ħin.

Il-quddiesa tkompli bil-Liturġija tal-Kelma u terġa' titkanta wkoll l-Hallelujah.

Matul din iċ-ċelebrazzjoni, jsiru wkoll il-magħmudijiet fejn il-Kongregazzjoni, wara ż-żmien tar-Randan, bix-xemgħa f'idha (simbolu ta' Kristu Rxoxt) mhux biss tistqarr il-fidi tagħha fi Kristru, iżda tiċħad ukoll lix-xitan waqt li ġġedded il-wegħdiet tal-Magħmudija.

More in Arti