Live | L-Arċisqof immexxi t-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej

Wara din iċ-ċelebrazzjoni s-Sagrament jiġi ttrasportat sal-Artal tar-Repożizzjoni magħruf magħna l-Maltin, bħala s-Sepulkru

Ritratt | Il-Knisja f'Malta
Ritratt | Il-Knisja f'Malta

Fil-knejjes kollha, f'dan il-lejl, il-Knisja tiċċelebra t-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej.

Fil-fatt, f'dan il-jum magħruf bħala Ħamis ix-Xirka, il-Knisja tfakkar it-twaqqif tal-Ekwaristija, tas-Sagrament tal-Qrar u anke t-twaqqif tas-Saċerdozju.

Matul l-istess quddiesa, fuq l-eżempju ta’ Ġesù fl-aħħar ikla tiegħu mal-Appostli, is-saċerdot, f'dan il-każ l-Arċisqof, jaħsel riġlejn numru ta’ persuni.

Wara nuqqas ta' 40 jum, fil-knejjes kollha terġa' titkanta l-glorja u matulha jindaqqu l-qniepen li immedjatament wara jisktu sal-Għid il-Kbir.

Wara ċ-ċelebrazzjoni, is-Sagrament tiġi ttrasportata sal-Artal tar-Repożizzjoni, jew kif inhu magħruf magħna l-Maltin, bħala s-Sepulkru, fejn jibqa' jinżamm sa għada fit-3:00pm, għall-qima tal-Insara.

More in Arti