Suġġetti kontroversjali trattati fi ktieb ġdid

Miktub mill-artikolista Ramona Portelli

Magħrufa bħala artikolista fuq diversi gazzetti lokali u websites – RAMONA PORTELLI ser tiddebutta fil-qasam letterarju bl-ewwel ktieb tagħha ‘Għatx’. 

Il-ktieb huwa mmirat għal udjenza matura fejn ser jiġu trattati suġġetti kontroversjali li f'pajjiżna għadhom jiġu kkunsidrati bhala taboo, u ser johrog ghall-bejgh fi Frar li gej.

Ramona hija magħrufa li tintervista bosta personalitajiet u persuni interessanti ohra ghal intervisti u anke fuq vox pops b’suggetti reali u attwali ghal fuq il-gazzetti u dan għenha biex toħloq dan il-ktieb li jaqta' fil-laħam il-ħaj. 

Għal kopji ordnaw minn fuq is-sit tal-Grupp Vision+ (li hu l-pubblikatur) www.visionplus.org

Aktar informazzjoni u ghall-istampa (poster) http://ramonaportelli.com/article.asp?ID=441

More in Arti