(FILMAT TRAILER) 'Waslet is-Siegħa' fiż-Żejtun

L-akbar ġrajja tal-bniedem li tmur lil’ hinn mir-rakkonti li forsi mdorrijin nisimgħu jew naraw

VENIT HORA … Espressjoni latina, li b`ilsienna tfisser ‘Waslet is-Siegha’. It-tema illi fuqha msejjsa l-kitba ta` Renzo Bonello ghad-dramm tal-passjoni li Carpe Diem Productions ser itellu ghat-tieni sena gewwa t-Teatru tal-Juventutis Domus Sacra Familia, iz-Zejtun. Dramm illi mhux miktub biss biex juri l-episodji tradizzjonali tal-Passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, iżda jirrakkonta storja li għalkemm jafha kulħadd, iddur mal-protagonisti li sawru l-akbar ġrajja tal-bniedem u tmur lil’ hinn mir-rakkonti li forsi mdorrijin nisimgħu jew naraw.

Kienet waslet is-siegha tal-fidwa tal-bniedem, billi Yesh`ua  Na`Zrejah joffi ruhu sagrificcju quddiem Alla Missieru. Izda kienet waslet ukoll is-siegha tad-decizjonijiet. Decizzjonijiet li l-bniedem, sforz l-ghira u l-kilba ghall-poter, zbalja fihom … Zbaljaw Yehuda u Simeon , li bhala Zeloti hasbu li din kienet ser tkun is-siegha tar-rebha … Zbaljaw Ezrah, Qajfa, Annas u s-Sanhedrin l-ohra,  li minn wara dahar il-poplu arrestaw, kasbru u ikkundannaw lil Yesh`ua  ghal mewt. Bhalma zbalja Pontius Pilatusli halla lil Lhud jilghabuh u tahulhom biex isallbuh.

Dan id-dramm ser jittella’ nhar is-Sibt 12 ta' Marzu, fis-7:30pm u l-Ħadd 13 ta' Marzu, fis-7:00pm

More in Arti