Jiċċelebraw il-birthday mill-bogħod....jawguralha b’telefonata mill-Iżvezja

Ian Borg u l-għarusa Rachelle jiċċelebraw għeluq sninhom flimkien...izda hi iżgħar

Illum it-28 ta’ Frar is-segretarju parlamentari Ian Borg jiċċelebra egħluq il-31 sena tiegħu. Kumbinazzjoni fl-istess data tiċċelebrah ukoll il-mara futura tiegħu Rachelle Dingli li hi iżgħar minnu xi ftit tas-snin, iżda la ma tlabnihiex permess mhux se ngħidu kemm għalqet (anke jekk nafu).

L-ILLUM għamlet kuntatt mas-segretarju Parlamentari Ian Borg dalgħodu bit-telephone ħalli nistaqsuh kif se jiċċelebra din il-ġurnata speċjali fimkien mal-maħbuba tiegħu.

ILLUM: Bonġu Ian u happy Birthday

Ian: Grazzi John napprezza. Għadni kif illendjajt issa l-Iżvezja mal-Prim Ministru għax għandna laqgħat mal-Prim Ministru tal-Iżvezja u tar-Repubblika Ċeka hawnhekk. Għadha filgħodu għal Ċipru għal xi laqgħat oħra.

ILLUM: Mela addio ċelebrazzjonijiet mal-għarusa tal-birthday. Tal-inqas awgurajtilha?

Ian: Tlaqna fil-5 ta’ filgħodu u kienet rieqda u għalhekk issa kont se nċemplilha kif eżatt illendjajna biex nawguralha, iżda lħaqt ċempilt int li hi l-ewwel telefonata eżatt malli wasalna l-Iżvezja. Issa kif naqta' nċemplilha u nawguralha. Jien għalaqt 31 sena u hi iżgħar minni iżda la ma kitbitx fuq facebook l-annu tat-twelid aħjar tistaqsi lilha kemm għalqet (bid-daħka). Grazzi John u napprezza.

Aħna tal-ILLUM nawguraw lil Ian Borg u lill Rachelle ġurnata mimlija xogħol u kuntentizza u nawgurawlhom li malli jasal Malta jiċċelebraw din il-ġurnata li qattugħa 'l bogħod minn xulxin. Għax kif jgħid il-malti l-ewwel il-pappa imbagħad l-impappa! Awguri

More in Zekzik