Ir-rebbieħ tal-X Factor UK 2018 għall-final tal-X Factor Malta nhar is-Sibt li ġej

Dalton Harris, flimkien ma' James Arthur, ħareġ il-verżjoni tiegħu ta' Frankie Goes To Hollywood 'The Power of Love' tal-1984

X Factor Malta ħabbar illi nhar is-Sibt li ġej għall-finali tal-kontestazzjoni se jkun preżenti Dalton Harris Page, ir-rebbieħ tal-X Factor UK fl-2018. 

Dalton Harris, flimkien ma' James Arthur, ħareġ il-verżjoni tiegħu ta' Frankie Goes To Hollywood 'The Power of Love' tal-1984 li iddebuttat fir-raba' post fl-Official Uk Single Chart. 

Dalton bħalissa  qed jaħdem fuq tour nazzjonali - The X Factor Live Tour 2019. 

Nhar is-Sibt li ġej se ssir il-finali tant mistennija minn eluf kbar ta' telespettaturi li qed isegwu X Factor, liema finali se tiddeċiedi min mill-erba' kontestanti se jirrapreżenta lil Malta f'Tel Aviv għall-Eurovision. 

L-erba' kontestanti huma Nicole Frendo, Michaela Pace, Owen Luellen u Petra

 

More in Zekzik