Il-Ġamajka trid tintroduċi kiosks tal-ħaxixa fl-ajruporti tagħha

B'hekk it-turisti jkunu jistgħu jidħlu fil-pajjiż 'on a high note'

 Il-Ġamajka se tistalla 'kiosks eżatt mad-daħla tal-ajruport tagħha u t-turisti jkunu jistgħu jidħlu fil-pajjiż 'on a high note'. Din il-proposta qed tiġi eżaminata mill-awtoritajiet Ġamajkani li kmieni s-sena li għaddiet iddikriminalizzaw l-pussess tal-Marijuana fil-pajjiż. Skont iċ-ċerman Hyacinth Lightbourne qal, "l-ideja hi li kif tidħol fl-ajruport u ħiereġ minnu ikun hemm kjosk li wieħed jista jmur fih. Jirreġistra li jrid juża l-ħaxixa u jixtri ftit uqijiet għall-użu tiegħu. L-ewwel li jingħataw il-permess huma dawk li jkollhom riċetta li jużaw il-ħaxixa bħala mediċina. Dawk li ma jkollhomx riċetta jistgħu jagħmlu dikjarazzjoni huma stess u jitħallew jixtru żewġ uqijiet ħaxixa dment li jkunu hawn il-Ġamajka." 

Uffiċċjali qed jaraw mod kif jistgħu jaqilgħu ftit flus żejda wara l-legalizazzjoni tal-ħaxixa fil-pajjiż u għalhekk għandhom dawn il-pjani li jbiegħu l-ħaxixa mill-ajruporti u mill-portijiet. Dan ifisser aktar dħul għal gvern. Fil-Ġamajka l-liġi tgħid li wieħed jista jkollu żewġ uqijiet għall-użu tiegħu. Il-liġi tgħid ukoll li wieħed jista jtella sa ħames pjanti fid-dar tiegħu biex juża l-ħaxixa għalih personali. Filwaqt li hemm regoli li jagħtu permessi lil min jikkoltiva dawn il-pjanti għal użu mediku. Il-Ġamajka tagħti ċ-ċans lit-turisti li jirreġistraw għal permess li sa ma jdumu hemm jkunu jistgħu jixtru u jżommu fuqhom żewġ uqijiet ta' ħaxixa għall-użu personali tagħhom.

 

 

 

 

More in Zekzik