(Ritratti Grafiċi) Penelope Cruz tqaxxar xagħarha għall-aktar karattru diffiċli li se taħdem
Cruz ta' 41 sena se turi minn xiex tgħaddi mara li jkollha l-kanċer fis-sider u l-masektomija
Penelope Cruz f'film bil-lingwa Spanjola bl-isem ta' 'MA MA' iddeċidiet li tgħix kważi l-esperjenza ta' omm li jkollha kanċer tas-sider u minn xiex tgħaddi. Tant hu hekk li Cruz qaxxret xagħrha u anke tidher f'xeni b'sidirha mikxuf u b'waħda mneħħija. Cruz qalet li din hi waħda mill-aktar karattri diffiċli li kellha taħdem. Iżda qalet ukoll li l-karattru hu wieħed mill-isbaħ għax turi l-kuraġġ ta' omm minn Madrid hi u tiġġieled il-kanċer. Qalet li waqt li kienet qed taħdem il-film ma nteressahiex jekk tidhirx sabiħa jew le, iżda tħoss li dan il-film hu 'tribute' għal dawk in-nisa li qed jiffaċċjaw din il-marda.
Cruz li hi miżżewġa lil Javier Bardem ipproduċiet anke dan il-film u hu l-ewwel film li qed tipproduċi filwaqt li hu l-ewwel film bil-lingwa Spanjola wara nuqqas ta' ħames snin.