(IKOMPLI) Il-kelb tal-Mosta li baqa lejali
Inkomplu bir-rakkont ta Fr. Mark.
Ikompli mill-ġimgħa l-oħra
Snin qabel ma daħal qassis, kien xtara puppy tar-razza German Shepard u
semmieh Rex, u tista’ tgħid li dan l-imbierek puppy kien iġorru kullimkien. Kif jispjega Fr. Mark, il-kelb kien jara fih imħabba mhux spjegabbli. Ħaġa li qatt ma fhimt kienet il-ħarsa fissa u diretta li kien jagħti lejja, kien jieqaf dritt jiffoka lejja! Bħal donnu kien irid ifiehmni, "Jien miegħek għal dejjem."
Iż-żmien beda għaddej u Rex beda jikber, jisbieħ u jsir obbidjenti ta’ vera. Meta ġejt imsejjaħ għal qassis, bħal qisu induna li r-rabta ta’ bejnietna kienet se tonqos. Fil-fatt, mill-ewwel wera sinjal ta’ dan u beda jaġixxi ħazin. Beda inaqqas ħafna mill-ikel, jintefa f’rokna waħdu. Minħabba f’hekk, rajt kif kont nirranġa u kont immur għand il-mamà ta’ spiss. Niftakar darba waħda, il-mamà bi tbissima qaltli, għal min tiġi hawn? “Għat-tnejn li intom!” weġibt jien.
Jum fost l-oħrajn, ġara li qatt ma ħsibt, u ġejt imsejjaħ biex immur sitt xhur fl-Amerika Latina bħala parti minn missjoni. Kienet aħbar li kelli nonora. Rex fl-aħħar lejla tiegħi qabel ma nitlaq bħal qisu induna u ħass, u
intefa fuq is-sodda faċċata, iffukat fuqi!
L-ajruport kelli xena ta’ qsim il-qalb. Qatt ma bsart jew ħsibt kemm din ir-rabta kienet profonda. Il-biki li beda jibki għadni nisimaw sal-lum!
Darba fost l-oħrajn, kont għadni ġej mill-quddies fejn kont inqaddes u f’daqqa waħda, ħassejt għafsa ta’ qalb li kważi intlift u rogħda kbira ma’ ġismi kollu li kważi intlift minn sensija u infqajt nikbi u nikbi!
L-għada, għaddieli ħsieb u ċempilt lill-mama’ u saqsejta għal Rex, jekk hux kollox sew. U għalkemm it-ton tagħha kien wieħed baxx, imma weġbtini li iva, Rex ok!
Wasal il-jum li nirritorna lura Malta… Inkomplu l-ġimgħa d-dieħla.
Dawk kollha minnkom li għandkom xi rakkont personali li tixtiequ twassluh lill-qarrejja, tistgħu jew iċċemplu lili fuq 99013600 biex niltaqgħu jew ibgħatuli email fuq [email protected]. Namaste.