Il-kelb tal-Mosta li baqa’ leali

Ġrajja Misterjuża dwar qassis u l-kelb tiegħu

Jista ikun li din il-ġrajja seħħet għal raġunijiet partikulari. L-ewwel u qabel kollox irrid niġbed l-attenzjoni tagħkom li l-knisja hi xettika ħafna u xi kultant tipprova iddawwar ċerti fatti kif taħseb l-aħjar hi. Imma meta jiġru stejjer Bħal din fejn ikun involut qassis, hawnhekk il-knisja bħal donnha tidħol ftit f’qoxritha.  Għall-Knisja il-fenomenu sopranaturali huwa wġigħ ta’ ras għax fi ħdan l-istess Knisja hemm min jemmen ukoll fis-sopranatural.


Dan ir-rakkont se jlaqqgħana ma’ qassis u l-kelb tiegħu. Wara wegħda solenni li nżomm l-identita’ tal-qassis mistura huwa tani l-permess biex inwassal din l-istorja bi skop li ngħallem, infiehem u biex tinħoloq aktar kuxjenza.

Fr Mark (isem fittizju) għadda minn ezperjenza interessanti u ddeċieda li jċempilli. Għarrafni mill-ewwel li hu qassis u qalli li jaf kif il-Knisja
taħsibha dwar nies bhali. Niftakar kienet ġurnata xitwija, kien is-Sibt fix-xahar ta’ Diċembru 2012 , meta ġie d-dar tiegħi. Mark huwa persuna simpatika ħafna li jaf iwassal il-messaġġ tiegħu sew.
Wara li introduċejna lil xulxin bdiet l-istorja..

Fr.Mark beda billi spjega kemm iħobb il-klieb u li qabel daħal qassis kien xtara kelb tar-razza German Shepard u semmieh ‘Rex’. Lil dan il-kelb rabbieh bħalma misser irabbi lill-ibnu. Il-kelb u Fr Mark kienu ta’ xulxin, sakemm....(tkompli l-ġimgħa d-dieħla)
 

More in Zekzik