[FILMAT] Minn St Peter's Pool għall-BBC ... kelb Malti jagħmilha fuq it-televiżjoni Ingliż

Titti, l-kelb Malti li deher f’bosta filmati jaqbeż minn St Peter’s Pool f’Delimara flimkien ma’ sidu, llum deher f’filmat fuq il-BBC tal-Ingilterra u fuq programm tal-aħbarijiet fl-Awstralja.

Il-kelb Malti li deher jaqbeż f' St Peter's Pool f'Delimara jidher fuq il-BBC

Titti, l-kelb Malti li deher f’bosta filmati jaqbeż minn St Peter’s Pool f’Delimara flimkien ma’ sidu, llum deher f’filmat fuq il-BBC tal-Ingilterra u fuq programm tal-aħbarijiet fl-Awstralja.

Fil-filmat jidher il-kelb u sidu jixxabbtu mal-ġebel ta’ St Peter’s Pool u jaqbżu flimkien għal ġol-baħar. Din mhux l-ewwel darba li l-kelb ħa fama nazzjonali hekk kif f’ filmati oħra, huwa jidher ukoll jaqbeż għoli ta’ iktar minn sular fl-istess bajja. Madankollu, din hija l-ewwel darba li l-kelb ħa l-fama internazzjonali u m’hemmx dubju, li kemm il-kelb u kif ukoll sidu ħadu pjaċir.

Dan il-filmat deher l-ewwel fuq il-paġna tal-Facebook ta’ Bay Easy.

More in Zekzik