Battalja fuq il-facebook bejn newscaster tan-NET u is-sindku laburista ta' Ħal-Qormi

Kumment fuq facebook minn Rosianne Cutajar dwar li ntuża l-leħen ta' Clarissa Ellul  fuq reklam tal-BBQ tal-PN qajjem rejazzjoni qawwija

Is-sindku ta' Ħal-Qormi, Rosianne Cutajar kkiritkat il-fatt li leħen newscaster tal-aħbarijiet ta' NET TV Clarissa Ellul intuża f'reklam tal-BBQ tal-PN li skont is-sindku laburista ta' Qormi hu meqjus bħala 'sham advert'. is-sindku irrimarkat li hu ironiku kif min qed jghajjar lill laburisti low life, xoghlu hu li jaghmel voice overs ta reklami pwerili"

Rosianne dehret imweġġa li Clarissa irreferiet għal partitarji laburisti bħala low life fi status tagħha fuq facebook u semmitilha l-fatt li kors ta' 3 snin fl-Universita ħadilha sitt snin biex tlestih.

Clarissa Ellul min-naħa tagħha qalet li kien hemm raġuni għaliex irrepetiet il-kors (fejn skont in-newscaster Nazzjonalista, Rosianne suppost li kellha tkun taf). Dwar ir-reklam tal-BBQ, Clarissa wieġbet li tippreferi li tibqa tagħmel reklami tal-bbq's milli takkumpanja (escorting) l-irġiel.

L-istorja fil-fatt bdiet minn kumment li għamel l-preżentatur tar-Radio 101, David Thake fuq kumment li kitbet l-istess Rosianne Cutajar dwar dan ir-reklam tal-BBQ tal-PN.

 

More in Zekzik