Xorbot l-ilma minn riżort 5 star fl-Eġittu u spiċċat kważi mejta

Infezzjoni fil-kliewi li se jkollha ġġorrha għomorha kollu

Nicola Collings Ingliża ta' 23 sena marret vaganza tal-ħolm f'riżort 5 star fl-Eġittu u kważi tilfet ħajjitha meta laqqtet infezzjoni u marda rari fil-kliewi.

Malli waslet id-dar l-uġiegħ kien tant qawwi li spiċċat l-isptar li għall-ewwel ħasbu li kien attakk ta' appendix. Iżda wara ndunaw li kienet infezzjoni rari fil-kliewi li se tħalliha għomorha sħiħ li jkollha bżonn id-dijaliżi. Kienet fil-periklu tal-mewt iżda kienet salvata. Ir-raġuni ta' din l-infezzjoni kienet li xorbot ilma mhux pur u li kielet xi ikel li seta kien infettat bil-batterja jew maħsul bl-istess ilma infettat. Nicola issa se tiftaħ battalja legali kontra r-riżort li minnu ħadet l-infezzjoni.

Importanti li meta tmorru pajjiżi bħal dawn jew l-Indja tixorbu ilma apposta għat-turisti li jkun b'ċerta kimika li toqtol il-batterja għax anke ilma tal-flixkun li wieħed jixtri mhux kollha jkollhom din il-kimika. Tant li f'postijiet bġħall-Indja, l-ikstess gwidi jgħidulek liema ilma t-turist jista jixtri, għax għan-nies tal-lokal il-batterja hi immune iżda tattakka il-ġisem li ma jkunx imdorri b'dak it-tip ta' ilma b'din il-batterja.

 

More in Zekzik