Paris Hilton taddotta t-tmien kelb tagħha

Tonfoq mal-€21,000 fuq żewġt iklieb, b’wieħed ikun rigal għal ommha

Paris Hilton
Paris Hilton

Paris Hilton nefqet kemxa ewro fuq żewġt iklieb daqs nitfa tar-razza Pomeranian u staqsiet lill-ammiraturi tagħha x’għandha ssemmi l-ġerwa li se żżomm għaliha. Din hi t-tmien kelba li qed trabbi.

Hilton nefqet $25,000 (€21,121) b’kollox. Din mhix l-ewwel darba li nefqet eluf fuq kelb. F’Settembru li għadda nefqet $13,000 (€10,980) fuq kelb ieħor tal-istess razza, imsemmi Prince Hilton. Fil-fatt din il-ġerwa xtratha għalih.

Paris Hilton mal-ġerwa l-ġdida tagħha
Paris Hilton mal-ġerwa l-ġdida tagħha

Wieħed mill-klieb, li għandu sitt xhur u jiżen 340 gramma, xtratu bħala rigal għal ommha Kathy Hilton għall-35 anniversarju. Li żammet għaliha għandha tliet xhur u tiżen 170 gramma.

More in Zekzik