Star Trek 3 se jinħareġ dakinhar li s-sensiela televiżiva tagħlaq 50 sena

Justin Lin ikkonfermat bħala d-direttur

Chris Pine (Captain Kirk) u Zachary Pinto (Dr. Spock) fl-aħħar film ta' Star Trek
Chris Pine (Captain Kirk) u Zachary Pinto (Dr. Spock) fl-aħħar film ta' Star Trek

Star Trek 3 se jinħareġ fit-8 ta’ Lulju tal-2016. Id-data timmarka wkoll il-50 anniversarju mindu xxandar l-ewwel episodju fuq it-televixin fl-1966 bis-sehem tal-atturi William Shatner u Leonard Nimoy. L-aħbar qed toħroġ wara li ġie kkonfermat ukoll li d-direttur ta’ Fast and Furious Justin Lin se jieħu l-film f’idejh.

Mid-dehra l-unika persuna, minbarra d-direttur, li hi kkonfermata hu Roberto Orci li fil-bidu kien se jidderieġi hu imma se jikteb u jipproduċi. Il-bqija tal-atturi huma kollha fl-għama hux se jkun fil-film jew le. Għalkemm dak li ħadu sehem fl-aħħar film ta’ Star Trek huma konvinti li se jkunu fih. Chris Pine, li kien Captain Kirk, ammetta li ma jafx x’inhu għaddej imma jaħseb li l-film se jinġibed is-sena d-dieħla u li l-iskript miktub diġà. L-istess jaħseb Zachary Quinto li kien Mr Spock. Hu tal-idea li l-produzzjoni se sseħħ fis-sitt xhur li ġejjin.

Zoe Saldana, li għadha kif welldet tewmin dan ix-xahar, hu maħsub li se terġa’ tingħata l-parti ta’ Uhura biex tkompli fejn ħalliet l-istorja ta’ mħabba ma’ Spock.

More in Zekzik