Sir Elton John jiżżewweġ lis-sieħeb ċivili tiegħu għal dawn l-aħħar 20 sena

Sir Elton John u David Furnish għandhom il-pjaċir bil-kumpanija tiegħek biex jiċċelebraw iż-żwieġ tagħhom il-Ħadd 21 ta' Diċembru

l-invit tat-tieġ
l-invit tat-tieġ

Sir Elton John kien wieħed minn diversi ċelebritajiet li ħadu vantaġġ minn liġijiet ġodda li saru aktar kmieni dan ix-xahar fejn koppji gay jistgħu jibdlu l-unjoni ċivili għal żwieġ.

Kien hemm madwar 50 mistieden għat-tieġ ta' Elton u david fejn fost il-mistiedna kien hemm David Beckham u Victoria, Elizabeth Hurley u Ozzy u Sharon Osbourne. Iċ-ċerimonja saret fid-dar tagħhom f'Windsor.

Il-mistednin se jingħataw canapes u mulled wine.

Sir John kien ingħaqad ma' David Furnish f'unjoni ċivili fl-2005 u issa kien kunet immens li barra l-unjoni hemm liġi li seta jiżżewweġ normali bħal koppji eterosesswali. Sir Elton qal li kien diġa kburi li seta jingħaqad f'unjoni ċivili speċjalment li fl-Ingilterra fil-ħamsinijiet u s-=sittinijiet kienet wisq diffiċli li tkun gay fejn anke kien att kriminali li tkun gay.

"Għalhekk li f'ħamsin sena liġi kriminali inbidlet għal waħda li stajt niżżewweġ hi xi ħaġa li tferraħni ferm."

Kmieni fil-karriera tiegħu John kien ħeba li hu gay u kien iżżewweġ mara. Iżda wara kien sar avukat favur il-gays u kien minn ta' quddiem jiġġieled kontra l-marda tal-AIDS.

 

More in Zekzik