(FILMAT) Mara fis-Sawdi arrestata għax marret tara partita Football liebsa ta' raġel

L-istadia tal-Football fir-renju tas-saudi huma disinjati biex imorru fihom irġiel biss

Skont il-ġurnal Sabq, pulizija qalu li din il-mara xtrat il-biljett tal-logħba 'online u rnexxielha tidħol l-istadium billi liobset ħwejjeġ ta' raġel, li kien jinkludi beritta tal-baseball u 'hood' biex tgħatti xagħra.  

Il-filmat juri li din il-mara qagħdet għaliha weħidha fin-naħa tal-'away' ta' Al Jawhara stadium fil-belt ta' Jeddah. Il-logħba kienet bejn Al-Shabab u Al Etihad ta' jeddah li tilfu 1-0. 

Iżda l-mara li fil-filmat tidher liebsa xalla ta' Al Shabab, sewda u bajda, ma naħsibx li rnexxielha tara l-partita sat-tmiem. Skont il-pulizija din il-mara ġiet innutata minn membru tas-sigurta waqt il-logħba u ġabruha. Il-pulizija ma qalux jekk hux se tiġi imtella' quddiem il-liġi iżda qalu li l-każ intbagħat għand l-awtoritajiet konċernati.

Hu qal ukoll li hemm bżonn li kulħadd jimxi mar-regoli li joħorġu l-awtoritajiet f'każi bħal dawn.

 

More in Zekzik