Eċitata li ħa tagħlaq 40 sena

Drew Barrymore fl-aħħar tħossha komda bl-età tagħha

Drew Barrymore
Drew Barrymore

Kontra ta’ ħafna atturi, Drew Barrymore tinsab kuntenta li se tagħlaq 40 sena xahrejn oħra, fi Frar li ġej.

“Vera eċitata. Fl-aħħar inħoss iż-żmien li għandi verament u ngħidlek għaliex – dejjem ħassejtni ikbar minn kemm kelli snin,” qalet l-attriċi fuq E!Online.

Barrymore kellha tikber malajr mindu ħadet sehem fil-film E.T. the Extra-Terrestrial ta’ seba’ snin.

“Dejjem kont aktar matura u adulta u nrabbi lili nnifsi jew nieħu ħsieb ta’ kumpanija jew li sirt sid ta’ dar meta kelli biss 19-il sena. Ta’ 40 nħossni fejn verament qiegħda. Fl-aħħar tagħmel sens.”

L-attriċi żiedet tgħid li hi sodisfatta b’ħajjitha. Żwieġha sejjer tajjeb u tadura liż-żewġ uliedha bniet, Olive ta’ sentejn u Frankie ta’ tmien xhur.
“Naf li kulħadd jgħid li suppost tittratta lil żewġek daqs uliedek imma kuljum nissielet dwar lil min inħobb l-iktar. Inħobbhom kollha!”

Barrymore għadha kif temmet il-film Miss You Already li ħadmet ma’ Toni Collette. Hu maħsub li jinħareġ is-sena d-dieħla.

More in Zekzik