‘Ma kinitx wisq diffiċli li nikkonvinċuhom jiġu Għawdex għax kollha xtaqu jiġu’
Ir-reġjuni ż-żgħar isemmgħu leħinhom fl-ewropa minn Għawdex

- Anton Refalo jgħid li meta sema bit-tieqa tad-dwejra beka ‘qisu spiċċat xi ħaÄ¡a minn Ä¡ismi’

“Minbarra l-prestiÄ¡ju li jkollok ħafna gżejjer jiltaqgħu hawn, din il-laqgħa se tagħmel ħafna Ä¡id, għall-fatt li għandna ħafna problemi komuni speÄ‹jalment fejn jidħol l-‘istate aid’. Qed niddiskutu wkoll flimkien dwar il-futur tal-Ewropa għax aħna għandna problemi komuni għal kulħadd u l-linji gwida u l-parametri li sejrin noħolqu f’din il-konferenza żgur se jservu ta’ sostenn kif aħna bħala gżejjer nistgħu nimxu ’l quddiem. Ma kinitx diffiÄ‹li biex ikkonvenÄ‹ejniehom li jiÄ¡u hawn għax huma stess xtaqu jiÄ¡u Għawdex għax kulħadd jaf xi gżira sabiħa għandna. Anke jekk issa spiċċatilna t-tieqa tad-Dwejra, xorta għad għandna ħafna iżjed sabiħ x’noffru f’din il-gżira.”

Din il-gazzetta talbet lill-Ministru għal Għawdex biex jgħidilna kif ħadha personalment meta sar jaf li waqgħet it-tieqa tad-Dwejra. “Bkejt...verament bkejt. Qisni kelli xi ħaÄ¡a minn Ä¡ismi li spiċċat. Iżda trid tħares ’il quddiem għax għandna ħafna affarijiet oħra sbieħ u nippruvaw nippromwovu dak li għandna sabiħ.”
- Il-Ministeru għal Għawdex jirnexxilu jorganizza konferenza ta’ livell għoli b’120 delegat minn madwar l-Ewropa
Għawdex ukoll messha biċċa mill-Presidenza, meta l-Ministeru ta’ Għawdex bl-għajnuna tal-uffiċċju tal-presidenza ta’ Malta irnexxielu jÄ¡ib fil-gżira Għawdxija l-Laqgħa Ä enerali tal-kummissjoni tal-gżejjer tas-CPMR. Kienet l-ewwel darba li il-konferenza Ä enerali tas-CPMR saret f’Għawdex, fejn għaliha attendew 120 delegat minn madwar 15-il nazzjon Ewropew.

ÄŠipru, Danimarka, Estonja, Franza, il-Polineżja FranÄ‹iża, Guadeloupe, Kreta u ħafna mill-gżejjer Griegi, Sqallija, l-Azores u l-Portugall, Spanja u l-Canary Islands, l-Iżvezja, l-Ingilterra permezz tax-Shetland Islands kollha kellhom diversi delegati preżenti. Dan minbarra delegati li kienu qed jirrapreżentaw lill-Parlament Ewropew fejn attendiet għaliha Miriam Dalli, rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea, il-Ministru u Deputat Prim Ministru Louis Grech, il-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo, is-segretarju Parlamentari li taħtu taqa’ l-presidenza Ian Borg u diversi organizzazzjonijiet minn madwar l-Ewropa fosthom il-Gozo Business Chamber li kien rappreżentat mill-viÄ‹i president tagħhom, Joseph Borg.
L-ILLUM kienet l-unika gazzetta akkreditata u preżenti f’dawn il-jumejn interessanti li saru fil-lukanda Kempinski u ħadna xi kummenti dwar x’Ä¡id tagħmel konferenza bħal din lil Għawdex u anke lil pajjiż bħal Malta li hu wkoll stat gżira bħal ħafna minn dawk preżenti.
Interessanti tisma gżejjer oħra jilmentaw dwar il-problemi kbar li għandhom fejn id-deputat Ministru Grieg Nektarios Santorinios semma kif il-GreÄ‹ja għandha mijiet ta’ gżejjer li fihom jgħixu anke sa 22,000 persuna li dawn fil-maltemp jkunu maqtugħa għal kollox mill-‘mainland’. Qal li dawn lanqas tobba m’għandhom u l-gvern issa qed jibgħatilhom tobba tal-armata għax la hemm kliniÄ‹i u lanqas tobba li jridu jmoru jgħixu hemm. Dan ifisser ukoll li biex jaraw tabib jew anke dentist iridu jħallsu 5 darbiet aktar mill-bqija tal-Griegi. Santorinios qal li l-gvern tiegħu qed jagħmel minn kollox biex jgħinhom, iżda hemm bżonn għajnuna mill-Ewropa fejn qed jittamaw li Malta u Għawdex jistgħu jifhmuhom u l-presidenza ta’ Malta żgur li se twassal leħinhon aktar.