Għawdex maħsud bil-mewt tal-Professur Joseph Vella

Sa nhar is-Sibt li għadda, huwa ppreżenta l-arkivju mużikali kollu tiegħu lill-mużew ‘Il-Ħaġar’ tal-Belt Victoria

Matul il-lejl li għadda tħabbret il-mewt tas-Surmast, il-Professur Joseph Vella, meqjus wieħed mill-aqwa mużiċisti Maltin.

Il-Professur Vella jibqa’ magħruf għall-mużika sagra fil-Bażilika ta’ San Ġorġ tar-Rabat.

Għal dawn l-aħħar 48 sena, huwa kien is-Surmast Direttur tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.

Bħala direttur artistiku tat-Teatru Astra, huwa dderieġa lill-Orkestra Nazzjonali f’bosta opri klassiċi.

Sa nhar is-Sibt li għadda, huwa ppreżenta l-arkivju mużikali kollu tiegħu lill-mużew ‘Il-Ħaġar’ tal-Belt Victoria u lbieraħ filgħodu rrekordja sett marċi funebri għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Il-Professur Vella kien inħatar bħala l-ewwel direttur residenti tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u serva wkoll għal 40 sena bħala surmast direttur tal-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat, Malta.

Fis-sena 1994, Vella ġie appuntat mill-Università ta’ Malta bħala lettur fl-istudji mużikali.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana wasslet il-kondoljanzi tagħha lill-familja tal-Professur.

More in G?awdex