Studenti tal-ħames klassi Għawdxin jingħataw esperjenzi fil-'kayaking'

Attivita fejn l-avventura u l-edukazzjoni gew marbuta id’f id

Il-Kullegg t’Ghawdex bl-inizjattiva tal- Activity Teachers organizzaw attivita’ ghall-istudenti tal-hames klassi tal-iskejjel kollha t-Għawdex kemm tal-istat kif ukoll tal-knisja. Din l-attivita’ saret b’kollaborazzjoni shiha ma’ EkoGhawdex, Sport Malta, Gozo Athletics, Din l-Art Helwa u mal-Kunsill Lokali San Lawrenz saret fid-Dwejra fejn it-tfal kellhom l-opportunita li jzuru it-torri tad-dwejra fejn hawnhekk ġew mogħtija informazzjoni dwar dan l-istess torri, il-ġebla tal-ġeneral, it-tieqa tad-dwejra kif ukoll pjanti endemiċi li wieħed isib f’dan il-post pittoresk. It-tfal kellhom ukoll l-opportunita’ li jzuru id-Dwejra Environmental Education Centre fejn l-istudenti inghataw informazzjoni dwar il-hut u speci li nsibu fil-bahar tad-dwejra u tal-madwar.

Il-qofol ta’ din l-attivita kienet meta it-tfal kellhom esperjenza unika li jipprattikaw il-Kayaking gewwa l-bahar Maghluq (Inland Sea). Hawnhekk it-tfal setghu japprezzw tip iehor ta sport li filwaqt li jservi bhala ezecizzju fiziku essenzjali ghalihom fl-istess hin japprezzaw l-ambjent naturali bl-ebda tip ta’ tniggis jew hsara lil ambjent. It-Tfal kienu akkumpanjati ma’ adult fuq il-Kayak minhabba raguni ta’ siguta’ fil-bahar u sabiex jinghataw istruzzjoni dettaljata tak-teknika li ghandha tigi uzata fl-immanuvrar tal-kayak. Barra il-kayaking it-tfal ipprattikaw l-Archery (Sparar bil-qaws) u il-Javelin throw. L-iskop kien li it-tfal jigu introdotti dawn it-tipi ta’ sport individwali peress li dawn ghadhom mhux daqshekk prattikabbli f’Ghawdex kif ukoll inkomplu nzidu firxa ta’ tipi ta’ sport individwali gewwa Ghawdex.  It-tfal gew ukoll moghtija informazzjoni dwar sahha u sigurta’ meta wiehed ikun jghum (Sea Safety). Din kienet attivita fejn l-avventura u l-edukazzjoni gew marbuta id’f id. Dawn huwa mod effettiv kif it-tfal jistghu jircievu edukazzjoni ghal tul il-hajja b’mod li jappella ghalihom.

More in G?awdex