Żieda ta' 769 ħaddiem full time f'Għawdex

Mis-sena 2013 sa Ottubru 2015 in-numru ta’ ħaddiema Għawdxin full-timeżdied b’769 u ħaddiema part-time żdied 399

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo żar lil Meric Interiors u lil Pauliana Said Accountancy and Tax Consultants. Waqt din iz-żjara lil  dawn iż-żewġ kumpaniji Għawdxin, il-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo qal li skont l-aħħar statistika tal-NSO dwar ix-xogħol, mis-sena 2013 sa Ottubru 2015 in-numru ta’ ħaddiema Għawdxin full-time żdied b’769 u l-ħaddiema part-timeżdiedu b’ 399. 

Huwa  tenna wkoll li n-numru ta’ Għawdxin jirreġistraw għax-xogħol naqas għal 560 f’Marzu 2016 minn 742 fi tmiem l-amministrazzjoni li għaddiet. Dan ifisser titjib ta’ madwar 25 %.  Il-Ministru rrimarka li din l-istatistika turi li f’dawn l-aħħar snin wieħed minn kull erba’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol sabu impjieg. Dan huwa ta’ inkorraġġament għax juri li l-ħidma tal-Gvern favur xogħol f’Għawdex għal Għawdxin qed isseħħ. 

Anton Refalo  ħeġġeġ għal aktar inizjattivi intraprenditorjali innovattivi utenna l-ħtieġa li anki f’Għawdex ikun hemm aktar spażju biex aktar kumpaniji bħal dawn ikunu mħajra biex jinvestu u anke jkabbru l-operat tagħhom.

Meric Interiors tispeċjalizza fl-interior design.  Eric Mercieca, interior designer, tenna li minn disinjatur fi żmien meta s-servizz ftit kien jintalab f’Għawdex, irnexxilu jikber b’tali mod li llum sar imprenditur u aġent ta’ kumpanija kbira Taljana, Orsolini. Pauliana Said Accountancy and Tax Consultants ilha topera f’Għawdex  mill-2011.   Preżentament timpjega żewġ ħaddiema professjonali li jispeċjaliżżaw fis-servizzi  relatati ma’ accounting.   Sew Mercieca kif ukoll  Said spjegaw li huma impenjati li jkomplu joffru s-servizzi tagħhom lill-klijenti tagħhom bl-aħjar mod possibbli.

Il-Ministru Refalo kkummenta li  dawn it-tip ta’ kumpaniji huwa l-ideal għalGħawdex. Huwa  tenna kif dawn iż-żewġ kumpaniji huma konformi mal-missjoni tal-Gvern li jattira investimenti ekonomiċi ġodda lejn Għawdex. Huwa inkoraġġixxa lil dawn il-kumpaniji  biex ikomplu jespandu u enfazizza li l-Gvern huwa impenjat li joffri sostenn lill-investimenti ta’ dawn it-tip. 

More in G?awdex